+Artikolu 53 Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
|
Artikolu 53 Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi
Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu ġew innominati f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina u f'konformità mal-proċeduri tal-ittestjar u tal-valutazzjoni previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Is-servizzi tekniċi għandhom jissorveljaw jew inkella jwettqu huma stess it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-ispezzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'wieħed mill-atti delegati jew ta' implimentazzjoni tiegħu, sakemm ma jkunux permessi proċeduri alternattivi. Is-servizzi tekniċi m'għandhomx iwettqu testijiet, valutazzjonijiet jew spezzjonijiet li ma ġewx nominati għalihom.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Is-servizzi tekniċi għandhom f'kull ħin:
(a)
jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina biex tosservahom fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tagħhom, jekk jitqies xieraq minn dik l-awtorità; u
(b)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45(9) u għall-Artikolu 54, jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina b'dik l-informazzjoni li tista' tintalab dwar il-kategoriji ta' attivitajiet li huma jwettqu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Meta servizz tekniku jsib li r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament ma ġewx issodisfati minn fabbrikant, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, li, mill-parti tagħha, għandha tobbliga lill-fabbrikant jieħu miżuri korrettivi xierqa. L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina m'għandhiex toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma l-fabbrikant ikun ħa l-miżuri korrettivi xierqa għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 53 4.
|
Meta, matul il-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni wara l-ħruġ ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, servizz tekniku li jaġixxi f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina jsib li tip ta' magna jew familja ta' magni ma għadhiex konformi ma' dan ir-Regolament, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri xierqa kif previsti fl-Artikolu 26.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|