+Artikolu 61 Emendi tad-Direttiva 97/68/KE

Artikolu 61 Emendi tad-Direttiva 97/68/KE

Artikolu 61

Emendi tad-Direttiva 97/68/KE

Id-Direttiva 97/68/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 9(4a), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fuq talba ta' OEM, it-tqegħid fis-suq ta' magni li jissodisfaw l-Istadju III A tal-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet, sakemm dawk il-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).

Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-evidenza li l-magni huma installati esklużivament f'makkinarju mobbli mhux tat-triq ċertifikat li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Tikketta bit-test “Magna għal użu ristrett f'makkinarju ffabbrikat minn”, segwit mill-isem tal-OEM u r-referenza unika tad-deroga assoċjata għandha titwaħħal ma' kull magna bħal din, maġenb il-marka statutorja tal-magna stabbilita fit-taqsima 3 tal-Anness I.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni tal-kategorija RLL b'potenza netta massima aktar minn 2 000  kW li ma jikkonformax mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, biex jiġu installati f'lokomottivi li jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarju teknikament iżolat ta' 1 520  mm. Dawk il-magni għandhom, bħala minimu, jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta' Diċembru 2011.

(2) 

fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal magni installati f'makkinarju tal-ħsad tal-qoton.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.