+Artikolu 63 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013

Artikolu 63 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013

Artikolu 63

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.  
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-magni, il-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost, iċ-ċikli tat-test, il-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz u t-twettiq ta' kejl u testijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet transitorji u d-dispożizzjonijiet li jippermettu l-approvazzjoni bikrija tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stipulat għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu.

Għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-magni fil-medda tal-potenza 56 — 130 kW li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jitqiesu bħala magni ta' transizzjoni kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(2) 

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-prinċipju stipulat fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, sal-31 ta' Diċembru 2016, temenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 ( *4 ), sabiex:

(a) 

għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-perijodu ta' posponiment stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa ta' erba' snin; u

(b) 

taħt l-iskema ta' flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, il-flessibbiltà permessa skont il-punt 1.1.1 tal-Anness V għal dak ir-Regolament Delegat jiżdied għal 150 % għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.