+Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Ir-Regolament (UE)Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da) 

mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa għal dan ir-Regolament;

(b) 

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Stat Membru jista’ jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (da) tal-ewwel subparagrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.

(2) 

Fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(viii) 

mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”.

(3) 

Fl-Artikolu 14(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba) 

mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament (UE) 2018/841”.

(4) 

Jiddaħħal l-Anness li ġej:






“ANNESS IIIA
Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1)
Approċċ 3: Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0841
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.