+Artikolu 5 Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 5a.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
|
Artikolu 5 Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment
Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx is-7,5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2029, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, b’kont meħud tal-użu ta’ flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’:
(a)
fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta’ 75 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għall-2021 u għas-snin sussegwenti sal-2030; u
(b)
fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta’ 25 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa mhux aktar minn 10 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta’ sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 15 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rieżaminati tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu ta’ flessibbiltajiet skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’ jittrasferixxi dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stati Membri oħrajn. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.
|
|
Artikolu 5 5a.
|
Qabel kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5, Stat Membru għandu jinforma, f’format elettroniku, lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1999 bl-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul, jew l-ekwivalenti tiegħu f’valur finanzjarju, iġġenerat permezz ta’ trasferimenti ta’ allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika f’forma faċilment aċċessibbli.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 jista’ jirriżulta minn proġett jew programm ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u li jiġi rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, bil-kondizzjoni li li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà.
|
|
Artikolu 5 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ebda valur limitu kwantitattiva, bil-kondizzjoni li jiġi evitat l-għadd doppju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|