+Artikolu 8 Azzjoni korrettiva
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.

Artikolu 8 Azzjoni korrettiva

Azzjoni korrettiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:

(a) 

spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex dak l-Istat Membru mhuwiex qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora dawk l-obbligi;

(b) 

valutazzjoni ta’ kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġa l-isforzi ta’ dak l-Istat Membru biex jonora dawk l-obbligi u ta’ kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jonorahahom;

(c) 

azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta’ dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li jrid jimplimenta sabiex jwettaq dawk l-obbligi, permezz ta’ politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, li tkun mirfuda minn data kwantitattiva, fejn disponibbli, tat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżulta minn dawk l-azzjonijiet;

(d) 

skeda stretta ta’ implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.

Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, dan jista’ jfittex il-parir tiegħu biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 8 2.
F’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta’ azzjoni korrettiva.
Artikolu 8 3.
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kemm huma b’saħħithom il-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva ppreżentati f’konformità mal-paragrafu 1 u f’dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba’ xhur mill-wasla ta’ dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista’ jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax l-opinjoni tal-Kummissjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 8 4.

Kull Stat Membru għandu jagħmel il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 u kwalunkwe ġustifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-opinjoni tagħha kif msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.05.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0842
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.