+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament japplika għal:
(a)
vjeġġi ta’ skart bejn l-Istati Membri, bi tranżitu jew mingħajr tranżitu tramite pajjiżi terzi;
(b)
vjeġġi ta’ skart importat lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi;
(c)
vjeġġi ta’ skart esportat mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi;
(d)
vjeġġi ta’ skart fi tranżitu tramite l-Unjoni lejn jew minn pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a)
skart, inklużi l-ilma mormi u r-residwi, iġġenerati mit-tħaddim normali tal-bastimenti u tal-pjattaformi lil hinn mill-kosta sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew rimi, dment li l-iskart ikun soġġett għar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti, tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Immaniġġjar tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti jew ta’ strumenti internazzjonali vinkolanti rilevanti oħrajn;
(b)
skart iġġenerat abbord vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sa ma dak l-iskart jinħatt għall-finijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi;
(c)
vjeġġi ta’ skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom (
2
);
(d)
vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, rispettivament, għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħallta jew ikkontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(e)
vjeġġi ta’ ilmijiet mormija li huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (
3
) jew minn leġislazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni;
(f)
vjeġġi ta’ sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjali ta’ għalf kif definit fl-Artikolu 3(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom tali prodotti;
(g)
vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn l-Unjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokoll tat-Trattat tal-Antartiku dwar il-Ħarsien Ambjentali (
5
);
(h)
vjeġġi ta’ dijossidu ta’ karbonju għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
);
(i)
bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti:
(i)
li huma kkunsidrati bħala skart perikoluż, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jiġu esportati mill-Unjoni għall-irkupru, li għalihom għandhom japplikaw biss l-Artikoli 39, 48, 49 u t-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament; jew
(ii)
li huma kkunsidrati bħala skart, li jkunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u li jkunu destinati għar-rimi;
|
|
Artikolu 2 3.
|
Għall-importazzjonijiet ta’ skart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ għajnuna matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jew matul operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew ta’ żamma tal-paċi, meta tali skart jiġi ttrasportat, mill-forzi armati jew l-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna kkonċernati jew f’isimhom, direttament jew indirettament lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, għandhom japplikaw biss l-Artikolu 51(6) u (7) u l-Artikolu 53(5).
|
|
Artikolu 2 4.
|
Għal vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku lejn pajjiżi terzi li t-tranżitu tagħhom isir tramite l-Unjoni japplikaw l-Artikoli 39 u 59.
|
|
Artikolu 2 5.
|
Għat-trasport ta’ skart esklużivament fi Stat Membru, għandu japplika biss l-Artikolu 36.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|