+Artikolu 6 Kuntratt
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Kuntratt
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Vjeġġi ta’ skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew għar-rimi tal-iskart. Jekk id-destinatarju ma jkunx l-operatur tal-faċilità għall-irkupru jew għar-rimi tal-iskart innotifikat, il-kuntratt għandu jiġi ffirmat ukoll mill-operatur tal-faċilità.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi konkluż u jkun effettiv fil-mument tan-notifika u għandu jibqa’ effettiv għad-durata tal-vjeġġ sakemm jinħareġ ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 15(5), mal-Artikolu 16(6), jew, meta xieraq, mal-Artikolu 15(4). Il-kuntratt għandu jkun konsistenti mad-dokument ta’ notifika u mad-dokument ta’ moviment korrispondenti u tal-inqas ikun fih informazzjoni dwar in-notifikatur, id-destinatarju u l-faċilità, l-identità tal-persuni li jirrappreżentaw lil kull parti, in-numru tan-notifika, id-deżinjazzjoni u l-kompożizzjoni tal-iskart, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart, il-kwantità ta’ skart koperta mill-kuntratt, l-operazzjoni tal-irkupru jew ir-rimi u l-perjodu ta’ validità tal-kuntratt.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Il-kuntratt għandu jinkludi obbligi:
(a)
fuq in-notifikatur biex jieħu l-iskart lura jew, meta applikabbli, jiżgura l-irkupru jew ir-rimi tiegħu b’mod alternattiv, f’konformità mal-Artikolu 22 u mal-Artikolu 25(2) jew (3) jekk il-vjeġġ, jew l-irkupru jew ir-rimi, ma jkunx ġie komplut kif maħsub jew jekk il-vjeġġ ikun vjeġġ illegali;
(b)
fuq id-destinatarju biex jirkupra jew jarmi l-iskart f’konformità mal-Artikolu 25(8), jekk il-vjeġġ ikun vjeġġ illegali;
(c)
fuq il-faċilità fejn jiġi rkuprat jew mormi l-iskart, biex tipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 16(6), ċertifikat li l-iskart ikun ġie rkuprat jew mormi f’konformità mal-kunsensi mogħtija għal dik in-notifika, mal-kundizzjonijiet mehmużin ma’ dawk il-kunsensi u dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Meta l-iskart ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim, il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligi addizzjonali li ġejjin:
(a)
fuq il-faċilità biex tipprovdi, f’konformità mal-Artikolu 15(4) u, meta xieraq, mal-Artikolu 15(5), iċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati mill-faċilità jew mill-faċilitajiet li jwettqu l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet ta’ rkupru mhux interim jew rimi mhux interim, li l-iskart kollu riċevut f’konformità mal-kunsensi mogħtija għal dik in-notifika, mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawk il-kunsensi u ma’ dan ir-Regolament, ikun ġie rkuprat jew mormi, filwaqt li, meta possibbli, jiġu speċifikati l-kwantità u t-tip ta’ skart koperti minn kull ċertifikat;
(b)
fuq id-destinatarju biex jissottometti, meta applikabbli, notifika lill-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż tad-dispaċċ inizjali f’konformità mal-Artikolu 15(8).
|
|
Artikolu 6 5.
|
Meta l-iskart jiġi ttrasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll tal-istess entità ġuridika, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni minn dik l-entità ġuridika. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkopri l-obbligi msemmija fil-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|