+Artikolu 13 Notifika Ġenerali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Notifika Ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
In-notifikatur jista’ jissottometti notifika ġenerali li tkopri diversi vjeġġi meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
l-iskart li jkun jinsab fil-vjeġġi differenti, kif identifikat f’konformità mal-Artikolu 5(10) jkollu karatteristiċi fiżiċi u kimiċi essenzjalment simili;
(b)
l-iskart li jkun hemm fil-vjeġġi differenti jiġi ttrasportat lill-istess destinatarju u lejn l-istess faċilità;
(c)
il-pajjiżi tat-tranżitu, jekk ikun hemm, ikunu l-istess, ir-rotta magħżula tal-vjeġġi differenti tkun indikata jew annessa mad-dokument ta’ notifika u l-post minn fejn jibda l-vjeġġ ikun l-istess.
|
|
Artikolu 13 2.
|
In-notifikatur jista’ jindika f’anness mehmuż mad-dokument ta’ notifika rotta magħżula alternattiva waħda jew aktar possibbli. Id-dokument ta’ moviment komplut f’konformità mal-Artikolu 16(2) għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-rotta magħżula indikata fid-dokument ta’ notifika li għandu jiġi segwit, kif ukoll dwar kwalunkwe rotta magħżula alternattiva li għandha tiġi segwita f’każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti u indikata fid-dokument ta’ notifika.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jagħmlu l-ftehim tagħhom għall-użu ta’ notifika ġenerali soġġett għall-forniment sussegwenti ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali, f’konformità mal-Artikolu 5(3) sa (6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|