+Artikolu 27 Sottomissjoni u skambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.

Artikolu 27 Sottomissjoni u skambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

L-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu sottomessi u skambjati b’mezzi elettroniċi, permezz tal-hub tas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 jew permezz ta’ sistemi interoperabbli jew software oħra disponibbli f’konformità mal-paragrafu 4:

(a) 

għal skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) (2) u (3):

(i) 

notifika ta’ vjeġġ skont l-Artikoli 5 u 13;

(ii) 

talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;

(iii) 

informazzjoni u dokumentazzjoni skont l-Artikoli 5 u 8;

(iv) 

informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 8;

(v) 

deċiżjonijiet rigward vjeġġ innotifikat u, jekk applikabbli rtirar ta’ kunsens skont l-Artikolu 9;

(vi) 

informazzjoni u kundizzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 10;

(vii) 

informazzjoni skont l-Artikolu 11;

(viii) 

informazzjoni u oġġezzjonijiet għal vjeġġ skont l-Artikolu 12;

(ix) 

informazzjoni dwar deċiżjonijiet biex jinħarġu kunsensi minn qabel lil faċilitajiet ta’ rkupru speċifiċi skont l-Artikolu 14(8) u (10);

(x) 

informazzjoni u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 14(12) u(15);

(xi) 

konfermi tar-riċeviment ta’ skart skont l-Artikoli 15 u 16;

(xii) 

ċertifikati għall-irkupru jew għar-rimi skont l-Artikoli 15 u 16;

(xiii) 

informazzjoni minn qabel rigward il-bidu ta’ vjeġġ skont l-Artikolu 16;

(xiv) 

id-dokumenti li għandhom isiru disponibbli f’konformità mal-Artikolu 16;

(xv) 

informazzjoni skont l-Artikolu 17;

(b) 

għal skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5), l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, il-konferma u ċ-ċertifikati skont l-Artikolu 18;

(c) 

informazzjoni u dokumenti relatati mal-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali skont l-Artikoli 34 u 35 u t-Titoli IV, V u VI, meta applikabbli.

Artikolu 27 2.
Sabiex il-lista ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni, meħtieġa skont il-paragrafu 1, tinżamm aġġornata ma’ kwalunkwe bidla fis-sistemi għall-iskambju u s-sottomissjoni b’mezzi elettroniċi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda l-paragrafu 1 sabiex temenda l-lista ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni.
Artikolu 27 3.
Il-Kummissjoni għandha tħaddem sistema ċentrali li tippermetti s-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi hub li għandu jintuża għall-iskambju f’ħin reali tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bejn is-sistemi jew is-software disponibbli għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi.

Il-hub imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża wkoll għall-iskambju f’ħin reali ta’ informazzjoni u dokumenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, esportazzjoni mill-Unjoni, importazzjoni fl-Unjoni u tranżitu tramite l-Unjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni, tal-ħruġ u tad-dħul, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi f’pajjiżi terzi jikkonnettjaw ma’ dak il-hub permezz ta’ sistema jew software disponibbli, f’liema każ il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis, jew permezz tas-sit web imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi wkoll sit web għat-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni, għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, li jesportaw mill-Unjoni, li jimportaw fl-Unjoni u li jkollhom tranżitu tramite l-Unjoni. Tali sit web jista’ jintuża wkoll mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li ma jużawx sistemi jew software għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi, sabiex jissottomettu u jiskambjaw direttament, b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

Is-software msemmi fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, jiskambja informazzjoni u dokumenti permezz ta’ dik is-sistema ċentrali f’ħin reali u jitħaddem f’konformità mar-rekwiżiti u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5.

Is-sistema ċentrali għandha tiffaċilita ż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20.

Dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi wkoll l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/1056.

Fi żmien erba’ snin mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni ta’ dik is-sistema ċentrali mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2022/2399.

Artikolu 27 4.
L-Istati Membri jistgħu jħaddmu s-sistemi jew is-software disponibbli tagħhom stess li jippermettu t-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u, meta xieraq, l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u għas-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sistemi u s-software jkunu interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, li jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti u mar-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 u li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti permezz tal-hub tas-sistema ċentrali f’ħin reali.

Is-sistemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiffaċilitaw iż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20.

Artikolu 27 5.

Sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi:

(a) 

ir-rekwiżiti meħtieġa għall-interoperabbiltà bejn is-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3 u sistemi jew software oħra msemmija fil-paragrafu 4, inkluż protokoll għall-iskambju tad-data u mudell għall-iskambju ta’ data imsemmi fl-Annessi IA, IB u VII, kif ukoll iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15;

(b) 

kwalunkwe rekwiżit tekniku u organizzattiv ieħor, inkluż dwar aspetti ta’ sigurtà, governanza tad-data u kunfidenzjalità tad-data, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tas-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).

Artikolu 27 6.
Il-funzjonalità tas-sistema ċentrali għandha tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni kull sentejn. Is-sejbiet ta’ dawk ir-rieżamijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri. Ir-rieżami għandu jqis ir-rispons minn utenti, bħall-awtoritajiet kompetenti u n-notifikaturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.