+Artikolu 27 3.

Artikolu 27 3.

Il-Kummissjoni għandha tħaddem sistema ċentrali li tippermetti s-sottomissjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi hub li għandu jintuża għall-iskambju f’ħin reali tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bejn is-sistemi jew is-software disponibbli għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi.

Il-hub imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża wkoll għall-iskambju f’ħin reali ta’ informazzjoni u dokumenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, esportazzjoni mill-Unjoni, importazzjoni fl-Unjoni u tranżitu tramite l-Unjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji doganali tal-esportazzjoni, tal-ħruġ u tad-dħul, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi f’pajjiżi terzi jikkonnettjaw ma’ dak il-hub permezz ta’ sistema jew software disponibbli, f’liema każ il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis, jew permezz tas-sit web imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dik is-sistema ċentrali għandha tipprovdi wkoll sit web għat-tħejjija u l-ipproċessar tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal vjeġġi fl-Unjoni, għal vjeġġi fl-Unjoni bi tranżitu tramite pajjiżi terzi, li jesportaw mill-Unjoni, li jimportaw fl-Unjoni u li jkollhom tranżitu tramite l-Unjoni. Tali sit web jista’ jintuża wkoll mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet u l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li ma jużawx sistemi jew software għall-iskambju tad-data b’mezzi elettroniċi, sabiex jissottomettu u jiskambjaw direttament, b’mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

Is-software msemmi fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali msemmija fil-paragrafu 3, jiskambja informazzjoni u dokumenti permezz ta’ dik is-sistema ċentrali f’ħin reali u jitħaddem f’konformità mar-rekwiżiti u r-regoli stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5.

Is-sistema ċentrali għandha tiffaċilita ż-żamma tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 20.

Dik is-sistema ċentrali għandha tipprevedi wkoll l-interoperabbiltà tagħha mal-ambjent għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/1056.

Fi żmien erba’ snin mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni ta’ dik is-sistema ċentrali mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2022/2399.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.