+Artikolu 34 Vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi

Artikolu 34 Vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi

Artikolu 34

Vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi

Meta vjeġġ isir fl-Unjoni, bi tranżitu tramite pajjiż terz wieħed jew aktar, u l-iskart ikun destinat għar-rimi, l-Artikoli 4 sa 17 u tal-Artikoli 19 sa 30 għandhom japplikaw mutatis mutandis, soġġetti għall-adattamenti u għar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a) 

l-Artikolu 38(2), il-punti (a), (c), (d) u (g) u l-Artikolu 38(3), il-punt (a), għandhom japplikaw mutatis mutandis;

(b) 

meta l-pajjiż terz ikun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jirrikjedix kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar dan f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma li rċeviet notifika kompluta kif suppost biex tipprovdi kunsens taċitu jew biex tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom; jew

(c) 

meta l-pajjiż terz ma jkunx Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob lill-awtorità kompetenti tat-tranżitu f’dak il-pajjiż terz jekk tixtieqx tibgħat il-kunsens tagħha bil-miktub għall-vjeġġ f’perjodu ta’ żmien miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.