+Artikolu 42 Rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
|
Artikolu 42 Rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu ċertu skart jew taħlitiet ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 40(1) mill-Unjoni għall-irkupru għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu dak l-iskart speċifiku jew dawk it-taħlitiet speċifiċi ta’ skart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa Ingliża.
|
|
Artikolu 42 2.
|
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness VIII u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata hemmhekk.
|
|
Artikolu 42 3.
|
Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li jkun stabbilixxa u qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat ser jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59. Għal dak l-għan, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li:
(a)
għandu strateġija komprensiva jew pjan komprensiv għall-immaniġġjar tal-iskart li jkopru t-territorju kollu tiegħu u juri l-kapaċità u r-rieda tiegħu li jiżgura l-ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent. Dik l-istrateġija jew dak il-pjan għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:
(i)
il-kwantità annwali ta’ skart totali ġġenerat fil-pajjiż, kif ukoll il-kwantità annwali ta’ skart kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba tiegħu (“skart ikkonċernat mit-talba”) iġġenerat fil-pajjiż, u kif dawk il-kwantitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;
(ii)
stima tal-kapaċità attwali għat-trattament tal-iskart b’mod ġenerali, kif ukoll stima tal-kapaċità għat-trattament tal-iskart kopert mit-talba, u kif dawk il-kapaċitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;
(iii)
il-proporzjon ta’
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ li jinġabar b’mod separat, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;
(iv)
indikazzjoni tal-proporzjon tal-i
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ kopert mit-talba li jintrema f’landfills, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jitnaqqas fil-futur;
(v)
indikazzjoni tal-proporzjon tal-i
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ li jiġi riċiklat, u l-objettivi u l-miżuri possibbli biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;
(vi)
informazzjoni dwar il-kwantità ta’ skart li jintrema bħala żibel u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u t-tindif taż-żibel;
(vii)
strateġija dwar kif tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart importat fit-territorju tiegħu, inkluż l-impatt possibbli ta’ tali importazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-i
►C1
skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;
(viii)
informazzjoni dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tad-data msemmija fil-punti (i) sa (vi);
(b)
għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(i)
sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart;
(ii)
sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għat-trasport tal-iskart;
(iii)
dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-operazzjoni ta’ rkupru għall-iskart ikkonċernat mit-talba jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59;
(iv)
kontrolli adegwati tat-tniġġis li japplikaw għall-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, inklużi limiti tal-emissjonijiet għall-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma u miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn dawk l-operazzjonijiet;
(v)
dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali maħsuba biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti domestiċi u internazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart;
(c)
ikun Parti għall-ftehimiet ambjentali multilaterali msemmija fl-Anness VIII, u jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-obbligi tiegħu skont dawk il-ftehimiet;
(d)
stabbilixxa strateġija għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart, li tkopri miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart u tal-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart imwettqa u dwar il-penali imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli domestiċi rilevanti.
|
|
Artikolu 42 4.
|
Mhux qabel il-21 ta’ Mejju 2029, il-pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u li beħsiebhom jirċievu skart tal-plastik imsemmi fl-Artikolu 39(1)(d) mill-Unjoni għar-riċiklaġġ jistgħu jissottomettu talba lill-Kummissjoni fejn jindikaw ir-rieda tagħhom li jirċievu tali skart u li jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41. Tali talba u kull dokumentazzjoni relatata jew komunikazzjoni oħra għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa Ingliża. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri wkoll dan kollu li ġej:
(a)
li għandu sistema komprensiva ta’ mmaniġġjar tal-iskart fis-seħħ li tkopri t-territorju kollu tiegħu u tiżgura b’mod effettiv il-ġbir separat tal-iskart tal-plastik;
(b)
li għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(i)
il-projbizzjoni ta’ ħruq fil-miftuħ u ta’ rimi mhux ikkontrollat ta’ skart f’landfills;
(ii)
il-projbizzjoni tal-inċinerazzjoni u tar-rimi f’landfills ta’ skart tal-plastik miġbur separatament;
(iii)
dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b)(i) u (ii);
(c)
li l-importazzjonijiet tal-iskart tal-plastik mill-Unjoni ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq l-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik iġġenerat fil-pajjiż.
|
|
Artikolu 42 5.
|
Fil-każ ta’ xi bidla fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41 għandhom jipprovdu aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti mingħajr dewmien. Il-pajjiżi inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41 għandhom fi kwalunkwe każ, fil-ħames sena wara l-inklużjoni inizjali tagħhom, jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-formola stabbilita fl-Anness VIII, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|