+Artikolu 42 3.

Artikolu 42 3.

Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li jkun stabbilixxa u qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat ser jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59.

Għal dak l-għan, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu juri li:

(a) 

għandu strateġija komprensiva jew pjan komprensiv għall-immaniġġjar tal-iskart li jkopru t-territorju kollu tiegħu u juri l-kapaċità u r-rieda tiegħu li jiżgura l-ġestjoni tal-iskart li tħares l-ambjent. Dik l-istrateġija jew dak il-pjan għandhom jinkludu, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:

(i) 

il-kwantità annwali ta’ skart totali ġġenerat fil-pajjiż, kif ukoll il-kwantità annwali ta’ skart kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba tiegħu (“skart ikkonċernat mit-talba”) iġġenerat fil-pajjiż, u kif dawk il-kwantitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;

(ii) 

stima tal-kapaċità attwali għat-trattament tal-iskart b’mod ġenerali, kif ukoll stima tal-kapaċità għat-trattament tal-iskart kopert mit-talba, u kif dawk il-kapaċitajiet huma stmati li jiżviluppaw fl-10 snin li ġejjin;

(iii) 

il-proporzjon ta’ ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ li jinġabar b’mod separat, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;

(iv) 

indikazzjoni tal-proporzjon tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ kopert mit-talba li jintrema f’landfills, kif ukoll kwalunkwe objettiv u miżura biex dak il-proporzjon jitnaqqas fil-futur;

(v) 

indikazzjoni tal-proporzjon tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ li jiġi riċiklat, u l-objettivi u l-miżuri possibbli biex dak il-proporzjon jiżdied fil-futur;

(vi) 

informazzjoni dwar il-kwantità ta’ skart li jintrema bħala żibel u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u t-tindif taż-żibel;

(vii) 

strateġija dwar kif tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart importat fit-territorju tiegħu, inkluż l-impatt possibbli ta’ tali importazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-i ►C1  skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;

(viii) 

informazzjoni dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tad-data msemmija fil-punti (i) sa (vi);

(b) 

għandu qafas legali għall-immaniġġjar tal-iskart fis-seħħ, li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(i) 

sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart;

(ii) 

sistema jew sistemi ta’ permessi, ta’ liċenzjar jew ta’ reġistrazzjoni għat-trasport tal-iskart;

(iii) 

dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-operazzjoni ta’ rkupru għall-iskart ikkonċernat mit-talba jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59;

(iv) 

kontrolli adegwati tat-tniġġis li japplikaw għall-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, inklużi limiti tal-emissjonijiet għall-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma u miżuri maħsuba biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn dawk l-operazzjonijiet;

(v) 

dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, l-ispezzjoni u l-penali maħsuba biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti domestiċi u internazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart;

(c) 

ikun Parti għall-ftehimiet ambjentali multilaterali msemmija fl-Anness VIII, u jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-obbligi tiegħu skont dawk il-ftehimiet;

(d) 

stabbilixxa strateġija għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni domestika dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart, li tkopri miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart u tal-faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart imwettqa u dwar il-penali imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli domestiċi rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.