+Artikolu 46 7.

Artikolu 46 7.

Notifikatur jew persuna li torganizza l-vjeġġ għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditi li kkummissjonaw f’konformità mal-paragrafi 3 u 5, u li wrew il-konformità ta’ faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-faċilità li kienet soġġetta għall-awditu;

(b) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tan-notifikatur jew tal-persuna li torganizza l-vjeġġ li kkummissjonaw l-awditu;

(c) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-parti terza li wettqet l-awditu;

(d) 

id-data tal-awditu;

(e) 

it-tipi ta’ skart, kif elenkati fl-Annessi III, IIIA, IIIB jew IV jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(f) 

l-operazzjonijiet ta’ rkupru (kodiċijiet R), kif imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE.

Notifikatur jew persuna li torganizza lvjeġġ jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar awditu kkummissjonat mill-faċilità awditjata nnifsha, dment li n-notifikatur jew il-persuna li torganizza vjeġġ ikunu vverifikaw li l-awditu twettaq f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 u wera l-konformità tal-faċilità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness X. Tali notifika għandu jkun fiha informazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c) sa (f).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.