+Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056

Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056

Artikolu 83

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056

Ir-Regolament (UE) 2020/1056 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 2(1)(a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv) 

l-Artikoli 9(2), 16(1) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ); dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;

(2) 

fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.  
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw informazzjoni regolatorja, inkluża informazzjoni addizzjonali, skont ir-Regolament (UE) 2024/1157 mill-21 ta’ Mejju 2026.”;
(3) 

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(4) 

fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma relatati mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(5) 

fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-aċċess u l-ipproċessar mill-awtoritajiet ta’ informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a), inkluża l-komunikazzjoni mal-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(6) 

fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
B’deroga mill-paragrafu 2, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.