+Preamble: 1

Preamble: 1

Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Ġunju 1988

għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat

(88/361/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 69 u 70 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Monetarju [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jkopri qasam mingħajr fruntieri nterni li fih l-moviment ħieles ta' kapital huwa assigurat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattat;

Billi l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jieħdu l-miżuri rekwiżiti biex jirregolaw il-likwidità bankarja; billi dawn il-miżuri għandhom ikunu ristretti għal dan l-iskop;

Billi l-Istati Membri għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu miżuri biex jirrestrinġu, temporanjament u fil-qafas ta' proċeduri rilevanti tal-Komunità, movimenti ta' kapital short-term li, anke fejn mhemmx diverġenza apprezzabbli fil-fundamenti ekonomiċi, jistgħu serjament itellfu l-kondotta tal-politika tagħhom monetarja u tar-rata tal-kambju;

Billi, fl-interessi tat-trasparenza, huwa kunsiljabbli li jkun indikat l-iskop, skond l-arranġamenti stipulati f'din id-Direttiva, tal-miżuri transizzjonali addottati għall-benefiċċju tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża bl-Att ta' Adeżjoni tal-1985 fil-qasam ta' movimenti kapitali;

Billi r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża jistgħu, taħt it-termini ta' l-Artikoli 61 sa 66 u 222 sa 232 rispettivament tal-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985, jipposponu il-liberaliżazzjoni ta' ċerti movimenti ta' kapital b'deroga mill-obbligazzjonijiet elenkati fl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1960 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/566/KEE [4]; billi d-Direttiva 86/566/KEE tipprovdi wkoll għal applikazzjoni ta' arranġamenti transizzjonali għall-benefiċċju ta' dawk iż-żewġ Stati Membri rigward l-obbligazzjonijiet tagħhom biex jilliberiżżaw il-movimenti ta' kapital; billi huwa xieraq għal dawk iż-żewġ Stati Membri li jkunu f'pożizzjoni li jipposponu l-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-liberaliżazzjoni ġodda li jirriżultaw minn din id-Direttiva;

Billi R-repubblika Ellenika u l-Irlanda huma ffaċċjati, għalkemm fi gradi differenti, b'sitwazzjonijiet ta' bilanċ tal-pagamenti diffiċli u b'livelli għolja ta' dejn barrani; billi il-liberaliżazzjoni immedjata u kompleta tal-movimenti ta' kapital minn dawn iż-żewġ Stati Membri tagħmilha iktar diffiċli għalihom biex ikomplu japplikaw il-miżuri li ħadu biex jameljoraw il-posizzjonijiet esterni tagħhom u biex jirrinforzaw il-kapaċità tas-sistemi finanzjarji tagħhom li jaddottaw għal-bżonnijiet ta' suq finanzjarju integrat fil-Komunità; billi huwa xieraq, skond l-Artikolu 8c tat-Trattat, li jagħti lil dawk iż-żewġ Stati Membri, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, iktar żmien biex jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;

Billi, ġaladarba l-liberaliżazzjoni sħiħa ta' movimenti ta' kapital tista' f'xi Stati Membri, u speċjalment f'oqsma ħdejn fruntieri, jikkontribwixxu għal diffikultajiet fis-suq għal residenzi sekondarji; billi leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola dan ix-xiri m'għandhiex tkun affettwata bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

Billi għandu jittieħed vantaġġ tal-perijodu addottat biex tinġieb fis-seħħ din id-Direttiva sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tissottometti proposti ddisinjati biex jeliminaw jew jirriduċu riskji ta' distorsjoni, evażjoni ta' taxxa u evitar ta' taxxa li jirriżultaw mid-diversità tas-sistemi nazzjonali għal tassazzjoni u li tippermetti lill-Kunsill sabiex jieħu pożizzjoni dwar tali proposti;

Billi skond l-Artikolu 70(1) tat-Trattat, il-Komunità għandha tagħmel mill-aħjar biex tikseb l-ogħla grad possibbli ta' liberaliżazzjoni fir-rigward tal-moviment ta' kapital bejn ir-residenti tagħha u dawk ta' terzi pajjiżi;

Billi movimenti ta' kapital fuq skala kbira u short-term għal jew minnterzi pajjiżi jista' jiddisturba serjament is-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja ta' Istati Membri jew jikkawża stressijiet serji fis-swieq tal-kambju; billi tali żviluppi jistgħu jkunu ta' dannu għall-koeżjoni tas-Sistema Monetarja Ewropea, għal operazzjoni lixxa tas-suq intern u għall-kisba progressiva ta' unjoni ekonomika u monetarja; billi huwa għalhekk xieraq li jinħolqu l-kondizzjonijiet rekwiżiti għal azzjoni konċertata mill-Istati Membri kemm-il darba din tinħass meħtieġa;

Billi d-direttiva tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 72/156/KEE tal-21 ta' Marzu 1972 dwar ir-regolament taċ-ċirkolazzjoni ta' kapital internazzjonali u n-newtraliżazzjoni tal-effetti mhux desiderabbli tagħhom fuq il-likwidità domestika [5]; billi d-Direttiva 72/156/KEE għandha għalhekk tkun irrevokata,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: None -Doknr: CELEX:31988L0361
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.