+Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10
English - European Union - Financial Industry -

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] ĠU C 26, ta' l-1.2.1988, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Ġunju 1988 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 43, tat-12.7.1960, p. 921/60.

[4] ĠU L 332, tas-26.11.1986, p. 22.

[5] ĠU L 91, tat-18.4.1972, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

NOMENKLATURA TAL-MOVIMENTI TA' KAPITAL LI HEMM RIFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1 TAD-DIRETTIVA

F'din in-Nomenklatura, movimenti ta' kapital huma kklassifikati skond in-natura ekonomika tal-beni u l-obbligi li huma jikkonċernaw, iddenominati jew f'munita nazzjonali jew f'kambju esteru.

Il-movimenti ta' kapital elenkati f'din in-Nomenklatura jiftiehmu li jkopru:

- l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-iskopijiet ta' movimenti ta' kapital: konklużjoni u aġir tat-transazzjoni u trasferimenti relatati. It-transazzjoni ġeneralment hija bejn residenti ta' Stati Membri differenti għalkemm xi movimenti ta' kapital jitwettqu minn persuna waħda għall-akkont tiegħu stess (eż. trasferiment ta' beni li jappartjenu l-emigranti),

- operazzjonijiet imwettqa minn kwalunkwe persuna naturali jew legali [1], li tinkludi operazzjonijiet fir-rigward ta' beni jew obbligi ta' Stati Membri jew amministrazzjonijiet u aġenziji pubbliki oħra, suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 68(3) tat-Trattat,

- aċċess għall-operatur ekonomiku għat-tekniki finanzjarji kollha disponibbli fis-suq avviċinat għall-iskop tat-twettiq ta' l-operazzjoni in kwestjoni. Per eżempju, il-kunċett ta' akkwist ta' assigurazzjonijiet u strumenti finanzjarji oħra jkopri mhux biss transazzjonijiet fuq il-post imma wkoll it-tekniki kollha traffikanti disponibbli: transazzjonijiet bil-quddiem, transazzjonijiet li jġorru għażla jew garanzija, bdil kontra beni oħra, eċċ. Bl-istess mod, il-kunċett ta' operazzjonijiet f'kontijiet kurrenti u depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji, jinkludi mhux biss il-ftuħ u tqegħid ta' fondi fuq kontijiet imma anke transazzjonijiet ta' kambju esteru bil-quddiem, irrispettivament jekk dawn ikunux intenzjonati biex ikopru riskju ta' kambju jew biex jieħdu pożizzjoni ta' kambju esteru miftuħ,

- operazzjonijiet biex ikunu likwidati jew assenjati beni mibnija, ripatrijazzjoni tal-qligħ tal-likwidazzjoni tagħhom [2] jew użu immedjat ta' tali qligħ fil-limiti ta' l-obbligazzjonijiet tal-Komunità,

- operazzjonijiet biex jitħallsu krediti jew self.

Din in-Nomenklatura mhix lista eżawrijenti għan-nozzjoni ta' movimenti ta' kapital - minħabba f'hekk insibu titolu XIII - F. "Movimenti ta' kapital oħra - Mixellanji". Għalhekk m'għandhiex tkun interpretata li tirrestrinġi l-iskop tal-prinċipju ta' liberaliżazzjoni sħIħa ta movimenti ta' kapital kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1 tad-Direttiva.

I - INVESTIMENTI DIRETTI [3]

1. L-istabbiliment u l-estensjoni ta' friegħi jew impriżi ġodda li jappartjenu biss għall-persuna li tipprovdi l-kapital, u l-akkwist sħiħ ta' impriżi eżistenti.

2. Parteċipazzjoni f'impriża ġdida jew eżistenti bi skop li jkunu stabbiliti jew mantenuti rabtiet ekonomiċi dewwiema.

3. Self fit-tul bi skop li jkunu stabbiliti jew mantenuti rabtiet ekonomiċi dewwiema.

4. Ri-investiment ta' profitti bi skop li jmantnu rabtiet ekonomiċi dewwiema.

A - Investimenti diretti fuq territorju nazzjonali minn non-residenti [4]

B - Investimenti diretti barra l-pajjiz minn residenti [5]

II - INVESTIMENTI FIL-BINI (mhux inklużi taħt I) [6]

A - Investimenti fil-proprjetà immobiljari fuq territorju nazzjonali minn non-residenti

B - Investimenti fil-proprjetà immobiljari barra l-pajjiż minn residenti

III - OPERAZZJONIJIET FL-ASSIGURAZZJONIJIET LI NORMALMENT INNEGOZJATI FUQ IS-SUQ TAL-KAPITAL (mhux inklużi taħt I, IV u V)

(a) Ishma u assigurazzjonijiet oħra ta' natura parteċipattiva [7].

(b) Bonds [8].

A - Transazzjonijiet fl-assigurazzjonijiet fis-suq tal-kapital

1. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi negozjati fil-Borża [9]

2. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet barranin negozjati fil-Borża [10]

3. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi mhux negozjati fil-Borża [11]

4. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet barranin mhux negozjati fil-Borża [12]

B - Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet fis-suq tal-kapital [13]

(i) Introduzzjoni fil-Borża [14]

(ii) Ħruġ u impjazzament f'suq kapitali (*).

1. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet domestiċi għal suq ta' kapital barrani.

2. Amministrazzjoni ta' assigurazzjonijiet barranin għas-suq ta' kapital domestiku.

IV - OPERAZZJONIJIET F'UNITAJIET TA' IMPRIŻI TA' INVESTIMENT KOLLETTIV [15]

(a) Unitajiet ta' impriżi għall-investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet normali negozjati fis-suq tal-kapital (ishma, ekwitajiet oħra u bonds).

(b) Unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet jew strumenti normalment negozjati fis-suq tal-flus.

(ċ) Unitajiet f'impriżi għal investiment kollettiv f'beni oħra.

A - Transazzjonijiet f'unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv

1. Akkwist minn non-residenti ta' unitajiet ta' impriżi nazzjonali negozjati fil-Borża [16]

2. Akkwist minn residenti ta' unitajiet ta' impriżi barranin negozjati fil-Borża [17]

3. Akkwist minn non-residenti ta' unitajiet ta' impriżi nazzjonali mhux negozjati fil-Borża [18]

4. Akkwist minn residenti ta' unitajiet ta' impriżi barranin mhux negozjati fil-Borża [19]

B - Amministrazzjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv għas-suq kapitali

(i) Introduzzjoni fil-Borża

(ii) Ħruġ u pjazzament f'suq kapitali (*).

1. Amministrazzjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv nazzjonali għal suq kapitali barrani.

2. Ammssjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv barrani għas-suq tal-kapital domestiku.

V - V OPERAZZJONIJIET F'ASSIGURAZZJONIJIET U STRUMENTI OĦRA NORMALMENT NEGOZJATI FIS-SUQ TAL-FLUS [20]

A - Transazzjonijiet f'assigurazzjonijiet u strumenti oħra fis-suq tal-flus.

1. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet u strumenti tas-suq tal-flus domestiku

2. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet u strumenti tas-suq tal-flus barrani.

B - Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti oħra għas-suq tal-flus.Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti oħra għas-suq tal-flus.

(i) Introduzzjoni f'suq tal-flus magħruf (*)

(ii) Ħruġ u pjazzament f'suq tal-flus magħruf.

1. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti domestiċi għal suq ta' flus barrani.

2. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti barranin għas-suq ta' flus domestiku.

VI - OPERAZZJONIJIET F'KONTIJIET KURRENTI U DEPOŻITI MA' STITUZZJONIJIET FINANZJARJI [21]

A - Operazzjonijiet mwettqa minn non-residenti ma' stituzzjonijiet finanzjarji domestiċi

B - Operazzjonijiet mwettqa minn residenti ma' stituzzjonijiet finanzjarji barranin

VII - KREDITI RELATATI MA' TRANSAZZJONIJIET KUMMERĊJALI JEW GĦAL PROVIZJONI TA' SERVIZZI LI FIHOM QED JIPPARTEĊIPA RESIDENTI [22]

1. Terminu qasir (inqas minn sena).

2. Terminu medju (minn sena sa ħames snin).

3. Terminu twil (ħames snin jew iktar)

A - Krediti konċessi minn non-residenti lil residenti

B - Krediti konċessi minn residenti lil non-residenti

VIII - SELF FINANZJARJU U KREDITI (mhux inklużi taħt I, VII u XI) [23]

1. Terminu qasir (inqas minn sena).

2. Terminu medju (minn sena sa ħames snin).

3. Terminu twil (ħames snin jew iktar)

A - Self u krediti konċessi minn non-residenti lil residenti

B - Self u krediti konċessi minn residenti lil non-residenti

IX - ASSIGURAZZJONIJIET, GARANZIJI OĦRA U DRITTIJIET TA' PLEĠĠ

A - Konċessi minn non-residenti lil residenti

B - Konċessi minn residenti lil non-residenti

X - TRASFERIMENTI FIT-TĦADDIM TA' KUNTRATTI TA' ASSIGURAZZJONI

A - Premiums u pagamenti fir-rigward ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja

1. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' ħajja domestiċi u non-residenti.

2. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzoni ta' ħajja barranini u residenti.

B - Premiums u pagamenti fir-rigward ta' assigurazzjoni ta' kreditu

1. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' kreditu domestiċi u non-residenti.

2. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' kreditu barranin u residenti.

C - Trasferimenti oħra ta' kapital fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni

XI - MOVIMENTI TA' KAPITAL PERSONALI

A - Self

B - Rigali u iddotar

Ċ - Doti

D - Wirt u legati

E - Issetiljar ta' djun minn immigranti fil-pajjiż ta' residenza tagħhom ta' qabel

F - Trasferimenti ta' beni kostitwiti minn residenti, fil-każ ta' emigrazzjoni, fiż-żmien ta' l-istallazzjoni tagħhom inkella waqt il-permanenza tagħhom barra l-pajjiz

G - Trasferimenti, waqt il-permanenza tagħhom, ta' tifdil ta' immigranti lejn il-pajjiż tar-residenza tagħhom ta' qabel

XII - IMPORTAZZJONI U ESPORTAZZJONI FIŻIKA TA' BENI FINANZJARJI

A - Assigurazzjonijiet

B - Mezzi ta' pagament ta' kull xorta

XIII - MOVIMENTI TA' KAPITAL OĦRA

A - Taxxi tal-mewt

B - Ħsarat (fejn dawn jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kapital)

Ċ - Rifondi fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' kuntratti u rifondi għal ħlasijiet mhux mistennija (fejn dawn jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kapital)

D - Ħlasijiet ta' l-Awturi: brevetti, disinji, tikketti u nvenzjonijiet (nomini u trasferimenti li joħorġu minn tali nomini)

E - Trasferimenti ta' flejjes meħtieġa għaldproviżjoni ta' servizzi (mhux inklużi taħt VI)

F - Mixellanji

NOTI TA'SPJEGA

Għall-iskopijiet ta' din in-Nomenklatura u d-Direttiva biss, l-espressjonijiet segwenti għandhom it-tifsirijiet assenjati lilhom rispettivament:

Investimenti diretti

Investimenti ta' kull xorta minn persuni naturali jew impriżi kummerċjali, industrijali jew finanzjarji, u li jservu biex jistabilixxu jew imantnu rabtiet dewwiema u diretti bejn persuna li tipprovdi l-kapital u l-intraprenditur li lilu jew l-impriża li lilha huwa disponibbli l-kapital sabiex twettaq attività ekonomika. Dan il-kuncett irid għalhekk ikun mifhum fl-iktar sens wiesgħa tiegħu.

L-impriżi msemmija taħt I-1 tan-Nomenklatura jiinkludu impriżi indipendenti legali (sussidjarji posseduti kompletament) u friegħi.

Rigward dawk l-impriżi msemmija f'I-2 tan-Nomenklatura li għandhom l-istatus ta' kumpaniji limitati b'ishma, hemm parteċipazzjoni fin-natura ta' investiment dirett fejn il-blokk ta' ishma miżmuma minn persuna naturali ta' impriża oħra jew kwalunkwe possessur ieħor jippermetti lill-possessur tal-ishma, jew in segwitu għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw għal kumpaniji limitati b'ishma jew mod ieħor, biex jipparteċipaw effettivament fl-immaniġġjar tal-kumpanija jew fil-kontroll tagħha.

Self għal terminu twil ta' natura parteċipattiva, msemmi taħt I-3 tan-Nomenklatura, jfisser self għal perijodu ta' iktar minn ħames snin li jsir għall-iskop ta' stabbiliment jew manteniment ta' irbit ekonomiku dewwiem. L-eżempji ewlenin li jistgħu jkunu msemmija huma self konċess minn kumpanija lis-sussidjarji tagħha, jew lil kumpaniji li fihom għandha sehem u self marbut ma' ftehim ta' qsim ta'profitti. Self konċess minn istituzzjonijiet finanzjarji bl- iskop li jiġu stabbiliti u mantenuti rbit ekonomiku dewwiemi huma wkoll inklużi taħt dan it-titolu.

Investimenti fi proprjetà immobiljari

Xiri ta' bini u art u l-kostruzzjoni ta' bini minn persuni privati għall-qligħ jew għall-użu personali Din il-kategorija tinkludi wkoll drittijiet ta' użufrutt, sollievi u drittijiet tal-bini.

Introduzzjoni f'borża jew f'suq tal-flus magħruf

Aċċess - skond proċedura speċifika - għal assigurazzjonijiet u strumenti oħra negozjabbli għal trattamenti, kemm jekk ikkontrollati uffiċjalment jew le, f'borża magħrufa uffiċjalment j ew f'settur ta' suq tal-flus magħruf uffiċjalment.

Assigurazzjonijiet negozjati f'borża (ikkwotati u mhumiex)

Assigurazzjonijiet li fihom it-trattamenti huma kkontrollati minn regolamenti, li l-prezzijiet tagħhom huma ppubblikati regolarment, jew mill-boroż uffiċċjali (assigurazzjonijiet ikkwotati) jew minn korpi oħra marbuta ma borża - per. eż. kumitati ta' banek (assigurazzjonijiet mhux kwotati).

Ħruġ ta' assigurazzjonijiet u strumenti negozjabbli oħra

Bejgħ permezz ta' offerta lill-pubbliku.

Pjazzament ta' assigurazzjonijiet u strumenti negozjabbli oħra

Il-bejgħ dirett ta' assigurazzjonijiet minn min joħroġhom jew mill-konsorzju li min joħroġhom ta' struzzjonijiet biex ibiegħhom, mingħajr ma ssir offerta lill-pubbbliku.

Assigurazzjonijiet domestiċi u barranin u strumenti oħra

Assigurazzjonijiet skond il-pajjiż li fih min joħroġhom għandu l-post ewlieni tiegħu tan-negozju. Akkwist mir-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi u strumenti oħra maħruġa fi klassifiki (?) ta' suq barrani bħala l-akkwist ta' assigurazzjonijiet barranin.

Ishma u assigurazzjonijiet oħra ta' natura parteċipattiva

Inklużi drittijiet biex tabbona f'ħarġiet ġodda ta' ishma.

Bonds

Assigurazzjonijiet negozjabbli b'maturita ta' sentejn jew iktar mill-ħruġ li r-rata ta' interess tagħhom u t-termini għar-rimborż tal-kapital u l-pagament ta'l-interessi huma determinati fiż-żmien tal-ħruġ.

Impriżi ta'investiment kollettiv (Untertakings):

- li l-objettiv tagħhom huwa l-investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet transferibbli jew beni oħra tal-kapital li jiġbru u li joperaw fuq il-prinċipju ta' frix ta' riskju, u

- l-unitajiet li tagħhom huma, fuq talba tal-possessuri, taħt kondizzjonijiet legali, kontrattwali jew statutorji li jirregolawhom, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-beni ta' dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn impriża ta' investiment kollettiva biex tassigura li l-valur tal-unitajiet tagħha fil-borża ma tvarjax sinifikatament mill-valur tagħhom ta' beni netti għandha tkun meqjusa bħala ekwivalenti għal tali xiri mill-ġdid jew fidwa.

Tali impriżi jistgħu jiġu kostitwiti skond il-liġi jew taħt il-liġi tal-kuntratt (bħala fondi komuni immaniġġjati minn kumpaniji tal-immaniġġjar) jew il-liġi ta'fiduċja (bħala unitajiet ta' fiduċja) jew taħt statut (bħala kumpaniji ta' investiment).

Għall-iskopijiet tad-Direttiva, "fondi komuni" għandha tinkludi wkoll unitajiet ta' fiduċja.

Assigurazzjonijiet u strumenti oħra normalment negozjati fis-suq tal-flus

Kambjali tat-Teżor u kambjali oħra negozzjabbli, ċertifikati ta' depożitu, aċċettazzjonijiet bankarji, karta kummerċjali u strumenti oħra simili.

Krediti relatati ma' transazzjonijiet kummerċjali jew ma-forniment ta' servizzi

Krediti ta' kummerċ kontrattwali (avanzi jew pagamenti bin-nifs fir-rigward ta' xogħol li qed jitwettaq jew ordnat u termini ta' pagament estiżi, kemm jekk jinvolvu jew ma jinvolvux sottoskrizzjoni għal kont kummerċjali) u l-iffinanzjar tagħhom bi krediti pprovduti minn istituzzjonijiet ta' kreditu. Din il-kategorija tinkludi wkoll operazzjonijiet fattorjali.

Self finanzjarju u krediti

Iffinanzjar ta' kull xorta konċess minn istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż iffinanzjar relatat ma' transazzjonijiet kummerċjali jew mad-dispożizzjoni ta' servizzi li fihom ebda resident m'hu jipparteċipa.

Din il-kategorija tinkludi wkoll ipotetiku ta' self, kreditu tal-konsumatur u kiri finanzjarju, kif ukoll faċilitajiet ta' għajnuna u faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti oħri.

Residenti jew non-residenti

Persuni naturali u legali skond id-definizzjonijiet stipulati fir-regoli tal-kontroll tal-kambju fis-seħħ f'kull Stat Membru.

Qligħ ta' likwidità (ta' investimenti, assigurazzjonijiet, eċċ.)

Qligħ minn bejgħ inkluż kwalunkwe apprezzament ta' kapital, ammonti ta' rimborż, qligħ mill-eżekuzzjoni ta' sentenzi, eċċ.

Persuni naturali u legali

Kif definit bir-regoli nazzjonali.

Istituzzjonijiet finanzjarji

Banek, banek tat-tifdil u istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fid-dispożizzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir, terminu medju u terminu fit-tul, u kumpanji ta' l-assigurazzjoni, soċjetajiet tal-bini, kumpaniji ta' investiment u istituzzjonijiet oħra ta' karattru simili.

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Banek, banek tat-tifdil u stituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fid-dispożizzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir, terminu medju u terminu fit-tul.

[1] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[2] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[3] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[4] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[5] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[6] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[7] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[8] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[9] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[10] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[11] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[12] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[13] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[14] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[15] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[16] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[17] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[18] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[19] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[20] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[21] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[22] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

[23] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LISTA T'OPERAZZJONIJIET LI HEMM RIFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 3 TAD-DIRETTIVA

Ir-restrizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-movimenti ta' kapital elenkati hawn fuq jridu jkunu definiti u applikati b'tali mod li jikkawżaw l-inqas tfixkil possibbli għall-moviment ħieles ta' persuni, oġġetti u servizzi

Natura ta l-operazzjoni | Titolu |

Operazzjonijiet f'assigurazzjonijiet u strumenti oħra normalment amministrati fis-suq tal-flus | V |

Operazzjonijiet f'konti kurrenti u depożiti ma'istituzzjonijiet finanzjarji | VI |

Operazzjonijiet f'unitajiet t'impriżi ta' investiment kollettiv | IV-A u B(ċ) |

-impriżi għal investiment f'assigurazzjonijiet jew strumenti normalment amministrati fis-suq tal-flus | |

Self u krediti finanzjarji | VIII-A u B-1 |

- Terminu qasir | |

Movimenti ta' kapital personali | XI-A |

- self | |

Importazzjoni u esportazzjoni ta' beni finanzjarji | XII |

- assigurazzjonijiet normalment amministrati fis-suq tal-flus | |

- mezzi ta' ħlas | |

Movimenti ta' kapital ieħor: Mixellanja | XIII-F |

- operazzjonijiet ta' terminu qasir simili għal dawk elenkati hawn fuq | |

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Ġunju 1988

għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat

(88/361/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 69 u 70 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Monetarju [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jkopri qasam mingħajr fruntieri nterni li fih l-moviment ħieles ta' kapital huwa assigurat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattat;

Billi l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jieħdu l-miżuri rekwiżiti biex jirregolaw il-likwidità bankarja; billi dawn il-miżuri għandhom ikunu ristretti għal dan l-iskop;

Billi l-Istati Membri għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu miżuri biex jirrestrinġu, temporanjament u fil-qafas ta' proċeduri rilevanti tal-Komunità, movimenti ta' kapital short-term li, anke fejn mhemmx diverġenza apprezzabbli fil-fundamenti ekonomiċi, jistgħu serjament itellfu l-kondotta tal-politika tagħhom monetarja u tar-rata tal-kambju;

Billi, fl-interessi tat-trasparenza, huwa kunsiljabbli li jkun indikat l-iskop, skond l-arranġamenti stipulati f'din id-Direttiva, tal-miżuri transizzjonali addottati għall-benefiċċju tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża bl-Att ta' Adeżjoni tal-1985 fil-qasam ta' movimenti kapitali;

Billi r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża jistgħu, taħt it-termini ta' l-Artikoli 61 sa 66 u 222 sa 232 rispettivament tal-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985, jipposponu il-liberaliżazzjoni ta' ċerti movimenti ta' kapital b'deroga mill-obbligazzjonijiet elenkati fl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1960 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/566/KEE [4]; billi d-Direttiva 86/566/KEE tipprovdi wkoll għal applikazzjoni ta' arranġamenti transizzjonali għall-benefiċċju ta' dawk iż-żewġ Stati Membri rigward l-obbligazzjonijiet tagħhom biex jilliberiżżaw il-movimenti ta' kapital; billi huwa xieraq għal dawk iż-żewġ Stati Membri li jkunu f'pożizzjoni li jipposponu l-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-liberaliżazzjoni ġodda li jirriżultaw minn din id-Direttiva;

Billi R-repubblika Ellenika u l-Irlanda huma ffaċċjati, għalkemm fi gradi differenti, b'sitwazzjonijiet ta' bilanċ tal-pagamenti diffiċli u b'livelli għolja ta' dejn barrani; billi il-liberaliżazzjoni immedjata u kompleta tal-movimenti ta' kapital minn dawn iż-żewġ Stati Membri tagħmilha iktar diffiċli għalihom biex ikomplu japplikaw il-miżuri li ħadu biex jameljoraw il-posizzjonijiet esterni tagħhom u biex jirrinforzaw il-kapaċità tas-sistemi finanzjarji tagħhom li jaddottaw għal-bżonnijiet ta' suq finanzjarju integrat fil-Komunità; billi huwa xieraq, skond l-Artikolu 8c tat-Trattat, li jagħti lil dawk iż-żewġ Stati Membri, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, iktar żmien biex jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;

Billi, ġaladarba l-liberaliżazzjoni sħiħa ta' movimenti ta' kapital tista' f'xi Stati Membri, u speċjalment f'oqsma ħdejn fruntieri, jikkontribwixxu għal diffikultajiet fis-suq għal residenzi sekondarji; billi leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola dan ix-xiri m'għandhiex tkun affettwata bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

Billi għandu jittieħed vantaġġ tal-perijodu addottat biex tinġieb fis-seħħ din id-Direttiva sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tissottometti proposti ddisinjati biex jeliminaw jew jirriduċu riskji ta' distorsjoni, evażjoni ta' taxxa u evitar ta' taxxa li jirriżultaw mid-diversità tas-sistemi nazzjonali għal tassazzjoni u li tippermetti lill-Kunsill sabiex jieħu pożizzjoni dwar tali proposti;

Billi skond l-Artikolu 70(1) tat-Trattat, il-Komunità għandha tagħmel mill-aħjar biex tikseb l-ogħla grad possibbli ta' liberaliżazzjoni fir-rigward tal-moviment ta' kapital bejn ir-residenti tagħha u dawk ta' terzi pajjiżi;

Billi movimenti ta' kapital fuq skala kbira u short-term għal jew minnterzi pajjiżi jista' jiddisturba serjament is-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja ta' Istati Membri jew jikkawża stressijiet serji fis-swieq tal-kambju; billi tali żviluppi jistgħu jkunu ta' dannu għall-koeżjoni tas-Sistema Monetarja Ewropea, għal operazzjoni lixxa tas-suq intern u għall-kisba progressiva ta' unjoni ekonomika u monetarja; billi huwa għalhekk xieraq li jinħolqu l-kondizzjonijiet rekwiżiti għal azzjoni konċertata mill-Istati Membri kemm-il darba din tinħass meħtieġa;

Billi d-direttiva tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 72/156/KEE tal-21 ta' Marzu 1972 dwar ir-regolament taċ-ċirkolazzjoni ta' kapital internazzjonali u n-newtraliżazzjoni tal-effetti mhux desiderabbli tagħhom fuq il-likwidità domestika [5]; billi d-Direttiva 72/156/KEE għandha għalhekk tkun irrevokata,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Artikolu 2

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumitat tal-Gvernaturi tal- Banek Ċentrali, lill-Kumitat Monetarju u lill-Kummissjoni, bid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom l-iktar tard, tal-miżuri biex jirregolaw il-likwidità tal-bank li għandhom impatt speċifiku fuq transazzjonijiet ta' kapital mwettqa minn istituzzjonijiet ta' kreditu ma' non-residenti.

Tali miżuri għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ għall-iskopijiet ta' regolament monetarju domestiku. Il-Kumitat Monetarju u l-Kumitat tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'opinjonijiet dwar dan is-suġġett.

Artikolu 3
Artikolu 4

Artikolu 4

Din id-Direttiva tkun mingħajr preċudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha rekwiżiti biex jevitaw vjolazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, inter alia fil-qasam tat-tassazzjoni u superviżjoni prudenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jew li jistabilixxu proċeduri għad-dikjarazzjoni ta' movimenti ta' kapital għal skopijiet ta' informazzjoni amministrattiva jew ta' l-istatistika.

L-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri u proċeduri ma għandhiex ikollha l-effett li timpedixxi movimenti ta' kapital mwettqa skond il-liġi tal-Komunità.

Artikolu 5

Artikolu 5

Għar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, l-iskop, skond in-Nomenklatura ta' movimenti ta' kapital kontenuta fl-Anness I, tad-dispożizzjoni ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-1985 fil-qasam ta' movimenti ta' kapital għandu jkun indikat fl-Anness III.

Artikolu 6
Artikolu 7
Artikolu 8

Artikolu 8

Ta' l-inqas darba fis-sena il-Kumitat Monetarju għandu jeżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-moviment ħieles ta' kapital kif jirriżulta mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-eżami għandu jkopri miżuri rigward ir-regolament domestiku ta' kreditu u swieq finanzjarji u monetarji li jistgħu jkollhom impatt speċifiku fuq movimenti ta' kapital internazzjonali u fuq kull aspetti oħra ta' din id-Direttiva. Il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-esitu ta' dan l-eżami.

Artikolu 9

Artikolu 9

L-Ewwel Direttiva tal-11 ta' Mejju 1960 u d-Direttiva 72/156/KEE jitħassru b'effett mill-1 ta' Lulju 1990.

Artikolu 10

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: None -Doknr: CELEX:31988L0361
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.