+Artikolu 22 1
|
Artikolu 22 1
1. Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ riskju aktar baxx li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 3 u irrispettivament mill-applikazzjoni ta’ miżuri addizzjonali f’każijiet ta’ riskju ogħla skont it-Taqsima 4, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja sabiex jidentifikaw il-klijent, kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent, u l-persuna/i fiżika/fiżiċi li f’isimha/f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività:
|
(a)
|
għal persuna fiżika:
|
(i)
|
l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha;
|
|
(ii)
|
il-post u d-data tat-twelid sħiħa;
|
|
(iii)
|
in-nazzjonalitajiet, jew l-apolidija u l-istat ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja fejn applikabbli, u n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali, fejn applikabbli;
|
|
(iv)
|
ir-residenza abitwali jew, jekk ma jkun hemm l-ebda indirizz residenzjali fiss b’residenza leġittima fl-Unjoni, l-indirizz postali li fih tista’ tiġi kkuntattjata l-persuna fiżika u, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa;
|
|
|
(b)
|
għal entità ġuridika:
|
(i)
|
il-forma ġuridika u l-isem tal-entità ġuridika;
|
|
(ii)
|
l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew uffiċjali u, jekk differenti, is-sede prinċipali, u l-pajjiż tal-ħolqien;
|
|
(iii)
|
l-ismijiet tar-rappreżentanti legali tal-entità ġuridika kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;
|
|
(iv)
|
l-ismijiet ta’ persuni li għandhom ishma jew pożizzjoni ta’ direttur f’forma ta’ persuna nominata, inkluż referenza għall-istatus tagħhom bħala azzjonisti jew diretturi mandatarji.
|
|
|
(c)
|
għal trustee ta’ trust espress jew għal persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili:
|
(i)
|
informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku; madankollu, fir-rigward tal-assi miżmuma fl-arranġament ġuridiku jew ġestiti permezz tiegħu, għandhom jiġu identifikati biss l-assi li għandhom jiġu ġestiti fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali;
|
|
(ii)
|
l-indirizz tar-residenza tat-trustees jew tal-persuni li jkollhom pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili u, jekk differenti, il-post minn fejn it-trust espress jew l-arranġament ġuridiku simili huwa amministrat, u s-setgħat li jirregolaw u jorbtu l-arranġament ġuridiku, kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;
|
|
|
(d)
|
għal organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom kapaċità legali skont il-liġi nazzjonali:
|
(i)
|
l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-ekwivalenti;
|
|
(ii)
|
l-ismijiet tal-persuni mogħtijin is-setgħa li jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni kif ukoll, fejn applikabbli, il-forma ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika u l-atti ta’ assoċjazzjoni jew ekwivalenti.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|