+Artikolu 9 11

Artikolu 9 11

11.   It-tim ta’ kontroll għandu jivvaluta l-konformità tal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u tat-testers li qed jikkunsidraw biex jinvolvu fit-TLPT mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, u jiddokumenta l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. It-tim ta’ kontroll għandu jagħżel il-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid f’konformità ma’ dik il-valutazzjoni u mal-prattiki tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskju. Qabel ma jiġu kkuntrattati l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers esterni magħżula, it-tim ta’ kontroll għandu jipprovdi lill-maniġers tat-testijiet evidenza tal-konformità ta’ dawk il-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament. It-tim ta’ kontroll ma għandux jipproċedi bl-ikkuntrattar tal-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u tat-testers esterni magħżula meta l-awtorità tat-TLPT tkun tal-fehma li l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid u t-testers esterni magħżula ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2554, jew mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament jew ma’ rekwiżiti addizzjonali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jew meta l-entità finanzjarja ma tikkonformax mal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, jew meta ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.