+Resilience Training Programs
|
Resilience Training Programs
Implement security awareness and digital operational resilience training as integral components of staff training schemes and ensure training extends to all staff members, including senior management. Customize training intensity based on employee roles and functions. For the training content, cover topics such as network security, insights from prior incidents, threat intelligence, defenses against intrusions, data protection measures (e.g., encryption, cryptography). Conduct the resilience training program on an annual basis. Staff shall be informed on the ICT security policies, procedures and protocols and be made aware of the reporting channels put in place for detecting anomalous activities. Upon termination of employment, all staff are required to return all ICT assets and information assets.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 5 2
2. Il-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandu jiddefinixxi, japprova, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kollha relatati mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp maniġerjali għandu:
|
(a)
|
jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT tal-entità finanzjarja;
|
|
(b)
|
jistabbilixxi politiki li għandhom l-għan li jiżguraw iż-żamma ta’ standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità u kunfidenzjalità tad-data;
|
|
(c)
|
jistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-funzjonijiet kollha marbuta mal-ICT u jistabbilixxi arranġamenti xierqa ta’ governanza sabiex jiżgura l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi u f’waqthom fost dawk il-funzjonijiet;
|
|
(d)
|
jerfa’ r-responsabbiltà globali għall-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmija fl-Artikolu 6(8), inkluż id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ tolleranza għar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 6(8), il-punt (b);
|
|
(e)
|
japprova, jissorvelja u jirrieżamina perjodikament l-implimentazzjoni tal-politika ta’ kontinwità ta’ negozju tal-ICT tal-entità finanzjarja u tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT, imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 11(1) u (3), li jistgħu jiġu adottati bħala politika speċifika ddedikata li tifforma parti integrali mill-politika globali ta’ kontinwità ta’ negozju tal-entità finanzjarja u mill-pjan ta’ rispons u ta’ rkupru;
|
|
(f)
|
japprova u jirrieżamina perjodikament il-pjanijiet tal-entità finanzjarja tal-awditu intern tal-ICT, l-awditi tal-ICT u l-modifiki materjali għalihom;
|
|
(g)
|
jalloka u jirrevedi perjodikament il-baġit xieraq biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja fir-rigward tat-tipi kollha ta’ riżorsi, inkluż programmi rilevanti ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 13(6), u ħiliet fl-ICT għall-persunal kollu;
|
|
(h)
|
japprova u jirrieżamina perjodikament il-politika tal-entità finanzjarja dwar l-arranġamenti rigward l-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(i)
|
jistabbilixxi, fil-livell korporattiv, kanali ta’ rapportar li permezz tagħhom jiġi infurmat kif xieraq dwar dan li ġej:
|
(i)
|
l-arranġamenti konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT,
|
|
(ii)
|
kwalunkwe bidla materjali rilevanti ppjanata fir-rigward tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT,
|
|
(iii)
|
l-impatt potenzjali ta’ tali bidliet fuq il-funzjonijiet kritiċi jew importanti soġġetti għal dawk l-arranġamenti, inkluż sommarju tal-analiżi tar-riskju li tivvaluta l-impatt ta’ dawk il-bidliet, u l-inċidenti marbuta mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, u l-impatt tagħhom, kif ukoll il-miżuri ta’ rispons, irkupru u rimedju.
|
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 13 6
6. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u sessjonijiet ta’ taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala moduli obbligatorji fl-iskemi tat-taħriġ tal-persunal tagħhom. Dawk il-programmi u sessjonijiet ta’ taħriġ għandhom ikunu applikabbli għall-impjegati kollha u għall-persunal tal-maniġment superjuri, u għandu jkollhom livell ta’ kumplessità proporzjonat għall-mandat tal-funzjonijiet tagħhom. Fejn xieraq, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fl-iskemi ta’ taħriġ rilevanti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(2), il-punt (i).
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 Politika tar-riżorsi umani
Artikolu 19
Politika tar-riżorsi umani
Fil-politika tagħhom dwar ir-riżorsi umani jew politiki rilevanti oħrajn, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu l-elementi kollha li ġejjin relatati mas-sigurtà tal-ICT:
(a)
l-identifikazzjoni u l-assenjazzjoni ta’ kwalunkwe responsabbiltà speċifika għas-sigurtà tal-ICT;
(b)
rekwiżiti għall-persunal tal-entità finanzjarja u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jużaw jew jaċċessaw l-assi tal-ICT tal-entità finanzjarja biex:
(i)
jiġu informati dwar il-politiki, il-proċeduri u l-protokolli tas-sigurtà tal-ICT tal-entità finanzjarja u jaderixxu magħhom;
(ii)
ikunu konxji dwar il-kanali ta’ rapportar stabbiliti mill-entità finanzjarja għall-individwazzjoni ta’ mġiba anomala, inklużi, meta applikabbli, il-kanali ta’ rapportar stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(iii)
għall-persunal, li jirritorna lill-entità finanzjarja, mat-terminazzjoni tal-impjieg, l-assi tal-ICT u l-assi ta’ informazzjoni tanġibbli kollha fil-pussess tiegħu li jappartjenu għall-entità finanzjarja.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|