+Artikolu 14 Rapportar dwar skoperturi kbar fuq bażi individwali u konsolidata
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 Rapportar dwar skoperturi kbar fuq bażi individwali u konsolidata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar skoperturi kbar għal klijenti u gruppi ta’ klijenti konnessi skont l-Artikolu 394 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness VIII, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness IX, bi frekwenza trimestrali.
Artikolu 14 2.
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar l-akbar 20 skopertura għal klijenti jew gruppi ta’ klijenti konnessi skont l-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet soġġetti għall-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness IX, bi frekwenza trimestrali.
Artikolu 14 3.
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar skoperturi b’valur ikbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness IX, bi frekwenza trimestrali.
Artikolu 14 4.
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar l-akbar 10 skoperturi għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, u dwar l-akbar 10 skoperturi għal entitajiet mhux bankarji li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat fuq bażi konsolidata, f’konformità mal-Artikolu 394(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness VIII, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness IX, bi frekwenza trimestrali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_HR -

    EULAW_HR