+Artikolu 15 Rapportar dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ fuq bażi individwali u konsolidata
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Rapportar dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ fuq bażi individwali u konsolidata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness X, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness XI, bi frekwenza trimestrali. L-istituzzjonijiet il-kbar biss għandhom jissottomettu l-formola 48.00 tal-Anness X.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-informazzjoni speċifikata fl-Anness X, il-formola 40.00, iċ-ċellola {r0410;c0010} għandha tiġi rrapportata biss minn:
(a)
istituzzjonijiet kbar li huma jew G-SIIs jew li ħarġu titoli li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat bi frekwenza semiannwali;
(b)
istituzzjonijiet kbar għajr G-SIIs li huma istituzzjonijiet mhux elenkati bi frekwenza annwali,
(c)
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar u istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li ħarġu titoli li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat bi frekwenza annwali.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta’ ingranaġġ fid-data ta’ referenza tar-rapportar skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 13, fejn mill-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sehem tad-derivattivi msemmi fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 5, ikun aktar minn 1,5 %;
(b)
is-sehem tad-derivattivi msemmi fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 5, jaqbeż it-2 %.
Jekk istituzzjoni tissodisfa biss il-kundizzjoni tal-punt (a), għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ tal-Artikolu 4(3). Jekk istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kemm tal-punt (a) kif ukoll tal-punt (b), għandha tibda tirrapporta dik l-informazzjoni għad-data ta’ referenza wara d-data ta’ referenza tar-rapportar li fiha tkun qabżet il-livell limitu.
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-istituzzjonijiet li għalihom il-valur nozzjonali totali tad-derivattivi kif definit fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 8, jaqbeż l-EUR 10 000 miljun għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 13, anki jekk is-sehem tad-derivattivi tagħhom ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kriterji tad-dħul tal-Artikolu 4(3) ma għandhomx japplikaw. L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni mid-data ta’ referenza ta’ rapportar li jmiss meta jkunu qabżu l-limitu fuq data ta’ referenza waħda ta’ rapportar.
|
|
Artikolu 15 6.
|
L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 14, fejn mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
(a)
il-volum tad-derivattivi tal-kreditu msemmi fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 9, ikun aktar minn EUR 300 miljun;
(b)
il-volum tad-derivattivi tal-kreditu msemmi fl-Anness XI, il-Parti II, il-punt 9, jaqbeż l-EUR 500 miljun.
Jekk istituzzjoni tissodisfa biss il-kundizzjoni tal-punt (a), għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ tal-Artikolu 4(3). Jekk istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kemm tal-punt (a) kif ukoll tal-punt (b), għandha tibda tirrapporta dik l-informazzjoni għad-data ta’ referenza wara d-data ta’ referenza tar-rapportar li fiha tkun qabżet il-livell limitu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_HR -
EULAW_HR
|