|
+Artikolu 20 4. |
Artikolu 20 4.B’deroga mill-Artikolu 4, dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-limiti speċifikati fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu:
(a)
l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha immedjatament tibda tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqbeż il-limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika, u għandha tirrapporta din l-informazzjoni mill-inqas għall-aħħar ta’ dik is-sena kontabilistika u t-tliet dati ta’ referenza trimestrali sussegwenti;
(b)
l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha tieqaf immedjatament tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqa’ taħt il-livell limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|