+Artikolu 20 Rapportar supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati tal-buffer tal-G-SIIs
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Rapportar supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati tal-buffer tal-G-SIIs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Meta jirrapportaw informazzjoni supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati tal-buffer tal-G-SIIs skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji omm tal-UE u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta omm tal-UE għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness XXVI ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istruzzjonijiet ippreżentati fl-Anness XXVII ta’ dan ir-Regolament, fuq bażi konsolidata bi frekwenza trimestrali, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kejl tal-iskopertura totali tal-grupp, inkluż is-sussidjarji tal-assigurazzjoni, ikun ugwali għal EUR 125 000 000 000 jew aktar;
(b)
il-kumpanija omm tal-UE jew kwalunkwe sussidjarja tagħha jew kwalunkwe fergħa mħaddma mill-kumpanija omm jew minn sussidjarja tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
).
|
|
Artikolu 20 2.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati tal-buffer tal-G-SIIs skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness XXVI ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istruzzjonijiet ippreżentati fl-Anness XXVII ta’ dan ir-Regolament, fuq bażi individwali bi frekwenza trimestrali, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kejl tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni ikun ugwali għal EUR 125 000 000 000 jew aktar;
(b)
l-istituzzjoni tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(c)
l-istituzzjoni ma tkunx parti minn grupp li jkun soġġett għal superviżjoni konsolidata f’konformità mal-Kapitolu 1, it-Titolu II, il-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“istituzzjoni awtonoma”).
|
|
Artikolu 20 3.
|
B’deroga mill-Artikolu 3(1), il-punt (b), l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi sottomessa sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fid-dati ta’ rimessa li ġejjin: l-1 ta’ Lulju, l-1 ta’ Ottubru, it-2 ta’ Jannar u l-1 ta’ April.
|
|
Artikolu 20 4.
|
B’deroga mill-Artikolu 4, dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-limiti speċifikati fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu:
(a)
l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha immedjatament tibda tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqbeż il-limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika, u għandha tirrapporta din l-informazzjoni mill-inqas għall-aħħar ta’ dik is-sena kontabilistika u t-tliet dati ta’ referenza trimestrali sussegwenti;
(b)
l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha tieqaf immedjatament tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqa’ taħt il-livell limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_HR -
EULAW_HR
|