+Artikolu 3 Obbligu li d-data ta' prodott u ta' servizz relatat issir aċċessibbli għall-utent
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
|
Artikolu 3 Obbligu li d-data ta' prodott u ta' servizz relatat issir aċċessibbli għall-utent
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Prodotti konnessi għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati, u s-servizzi relatati għandhom ikunu ddisinjati u pprovduti, b'tali mod li d-data ta' prodott u ta' servizz relatat, inkluż il- metadata rilevanti neċessarja biex tiġi interpretata u użata dik id-data, huma, awtomatikament, faċilment, b'mod sigur, mingħajr ħlas, f'format komprensiv, strutturat, użat b'mod komuni u li jinqara minn magna, u, fejn rilevanti u teknikament fattibbli, direttament aċċessibbli għall-utent.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Qabel ma jiġi konkluż kuntratt għax-xiri, il-kiri jew il-lokazzjoni ta' prodott konness, il-bejjiegħ, il-kerrej jew il-lokatur, li jista' jkun il-manifattur, għandu jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-utent, b’mod ċar u li jinftiehem:
|
(a)
|
it-tip, il-format u l-volum stmat tad-data ta' prodott li l-prodott konness huwa kapaċi jiġġenera;
|
|
(b)
|
jekk il-prodott konness huwiex kapaċi jiġġenera data kontinwament u f'ħin reali;
|
|
(c)
|
jekk il-prodott konness huwiex kapaċi jaħżen data fuq l-apparat jew fuq server remot, inkluż, fejn applikabbli, it-tul ta' żmien taż-żamma maħsub;
|
|
(d)
|
kif l-utent jista' jaċċessa, jirkupra jew, fejn rilevanti, iħassar dik id-data, inkluż il-mezzi tekniċi biex jagħmel dan, kif ukoll it-termini tal-użu u l-kwalità tas-servizz tiegħu.
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-forniment ta' servizz relatat, il-fornitur ta' tali servizz relatat għandu jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-utent, b’mod ċar u li jinftiehem:
|
(a)
|
in-natura, il-volum stmat u l-frekwenza tal-ġbir tad-data ta' prodott li d-detentur tad-data prospettiv huwa mistenni li jikseb u, fejn rilevanti, l- arranġamenti għall-utent biex jaċċessa jew jirkupra tali data, inkluż l-arranġamenti dwar il-ħżin tad-data tad-detentur tad-data prospettiv u d-durata taż-żamma;
|
|
(b)
|
in-natura u l-volum stmat tad-data tas-servizz relatat li trid tiġi ġġenerata, kif ukoll l-arranġamenti għall-utent biex jaċċessa jew jirkupra tali data, inkluż l-arranġamenti dwar il-ħżin tad-data tad-detentur tad-data prospettiv u d-durata taż-żamma;
|
|
(c)
|
jekk id-detentur tad-data prospettiv jistenniex li juża d-data faċilment disponibbli huwa stess u l-iskopijiet li għalihom għandha tintuża dik id-data, u jekk għandux l-intenzjoni li jippermetti lil parti terza waħda jew aktar tuża d-data għal skopijiet miftiehma mal-utent;
|
|
(d)
|
l-identità tad-detentur tad-data prospettiv, bħall-isem kummerċjali tiegħu u l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit u, fejn applikabbli, partijiet oħra għall-ipproċessar tad-data;
|
|
(e)
|
il-mezzi ta' komunikazzjoni li jagħmluha possibbli li jiġi kkuntattjat id-detentur tad-data prospettiv malajr u jikkomunika ma' dak id-detentur tad-data b'mod effiċjenti;
|
|
(f)
|
kif l-utent jista' jitlob li d-data tiġi kondiviża ma' parti terza u, fejn applikabbli, iwaqqaf il-kondiviżjoni tad-data;
|
|
(g)
|
id-dritt tal-utent li jressaq ilment li jallega ksur ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta' dan il-Kapitolu mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37;
|
|
(h)
|
jekk detentur tad-data prospettiv huwiex id-detentur ta' sigrieti kummerċjali li jinsabu fid-data li tkun aċċessibbli mill-prodott konness jew iġġenerata matul il-forniment ta' servizz relatat, u, fejn id-deterntur tad-data prospettiv ma jkunx id-detentur tas-sigriet kummerċjali, l-identità tad-detentur tas-sigriet kummerċjali;
|
|
(i)
|
it-tul tal-perjodu tal-kuntratt bejn l-utent u d-detentur tad-data prospettiv, kif ukoll l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ tali kuntratt.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|