+Artikolu 15 Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża data
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
|
Artikolu 15 Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża data
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża ċerta data skont it-tifsira ta' dan il-Kapitolu għandha tkun limitata fiż-żmien u l-kamp ta' applikazzjoni u għandha titqies li teżisti biss fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
fejn id-data mitluba tkun neċessarja għar-rispons għal emerġenza pubblika u l-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jiksbu dik id-data b'mezz alternattiv fil-ħin u b'mod effettiv b'kundizzjonijiet ekwivalenti;
|
|
(b)
|
f'ċirkostanzi mhux koperti mill-punt (a) u sa fejn hija kkonċernata biss data mhux personali, fejn:
|
(i)
|
korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jkunu qed jaġixxu abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali u jkunu identifikaw data speċifika, li mingħajrha ma jkunux jistgħu jwettqu kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku, li jkun previst espliċitament mil-liġi, bħalma huma l-produzzjoni ta’ statistika uffiċjali jew il-mitigazzjoni ta' emerġenza pubblika jew l-irkupru minnha; u
|
|
(ii)
|
il-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni jkunu eżawrew il-mezzi l-oħra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiksbu dik id-data, inkluż, ix-xiri tad-data fis-suq billi joffru rati tas-suq, jew billi jiddependu fuq l-obbligi eżistenti biex id-data ssir disponibbli jew l-adozzjoni ta' miżuri leġiżlattivi ġodda li jistgħu jiggarantixxu d-disponibbiltà tad-data fil-ħin.
|
|
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Il-paragrafu 1, il-punt (b), ma għandux japplika għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. L-obbligu li jintwera li l-korp tas-settur pubbliku ma setgħax jikseb data mhux personali billi jixtriha fis-suq ma għandux japplika fejn il-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku jkun il-produzzjoni ta' statistika uffiċjali u fejn ix-xiri ta' din id-data ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|