+Artikolu 17 Talbiet biex data ssir disponibbli
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
|
Artikolu 17 Talbiet biex data ssir disponibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Meta jitolbu data skont l-Artikolu 14, korp tas-settur pubbliku jew il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom:
|
(a)
|
jispeċifikaw id-data meħtieġa, inkluż il- metadata rilevanti neċessarja għall-interpretazzjoni u l-użu ta' dik id-data;
|
|
(b)
|
juru li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżistenza tal-ħtieġa eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 15 li għall-fini tagħha qed tintalab id-data huma ssodisfati;
|
|
(c)
|
jispjegaw l-iskop tat-talba, l-użu maħsub tad-data mitluba, inkluż, fejn applikabbli, minn parti terza f'konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, it-tul ta' żmien ta' dak l-użu, u, fejn ikun rilevanti, kif l-ipproċessar ta' data personali ser jindirizza l-ħtieġa eċċezzjonali;
|
|
(d)
|
jispeċifikaw, jekk ikun possibbli, meta d-data tkun mistennija li titħassar mill-partijiet kollha li jkollhom aċċess għaliha;
|
|
(e)
|
jiġġustifikaw l-għażla tad-detentur tad-data li lilu tkun indirizzata t-talba;
|
|
(f)
|
jispeċifikaw kwalunkwe korp ieħor tas-settur pubbliku jew il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korpi tal-Unjoni u l-partijiet terzi li magħhom tkun mistennija tiġi kondiviża d-data mitluba;
|
|
(g)
|
meta tintalab data personali, jispeċifikaw kwalunkwe miżura teknika u organizzattiva neċessarja u proporzjonata għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u s-salvagwardji neċessarji, bħall-psewdonimizzazzjoni, u jekk tistax tiġi applikata anonimizzazzjoni mid-detentur tad-data qabel ma jagħmel id-data disponibbli;
|
|
(h)
|
jispeċifikaw id-dispożizzjoni legali li talloka lill-korp tas-settur pubbliku li jagħmel it-talba, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lill-korp tal-Unjoni l-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku rilevanti għat-talba tad-data;
|
|
(i)
|
jispeċifikaw l-iskadenza sa meta d-data trid issir disponibbli u l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 18(2) sa meta d-detentur tad-data jista' jirrifjuta jew ifittex il-modifika tat-talba;
|
|
(j)
|
jagħmlu l-aħjar almu tagħhom biex jevitaw il-konformità mat-talba għad-data li tirriżulta fir-responsabbiltà tad-detenturi tad-data għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Talba għad-data magħmula skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha:
|
(a)
|
issir bil-kitba u tkun ifformulata b'lingwaġġ ċar, konċiż u sempliċi li jista' jinftiehem mid-detentur tad-data;
|
|
(b)
|
tkun speċifika fir-rigward tat-tip ta' data mitluba u tikkorrispondi għal data li d-detentur tad-data jkollu kontroll fuqha fil-mument tat-talba;
|
|
(c)
|
tkun proporzjonata għall-ħtieġa eċċezzjonali u debitament ġustifikata, fir-rigward tal-granularità u l-volum tad-data mitluba u l-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba;
|
|
(d)
|
tirrispetta l-għanijiet leġittimi tad-detentur tad-data, filwaqt li tintrabat li tiżgura l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 19(3), u b'kont meħud tal-kost u l-isforz meħtieġa biex id-data ssir disponibbli;
|
|
(e)
|
tikkonċerna data mhux personali, u fil-każ biss li jintwera li dan mhux biżżejjed għar-rispons għall-ħtieġa eċċezzjonali li tintuża d-data, f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (a), tintalab data personali f'forma psewdonimizzata u tistabbilixxi l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jridu jittieħdu biex tiġi protetta d-data;
|
|
(f)
|
tinforma lid-detentur tad-data dwar il-penali li jiġu imposti skont l-Artikolu 40 mill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-talba;
|
|
(g)
|
meta t-talba ssir minn korp tas-settur pubbliku, tiġi trażmessa lill-koordinatur tad-data msemmi fl-Artikolu 37 tal-Istat Membrufejn il-korp tas-settur pubbliku rikjedenti jkun stabbilit, li għandu jagħmel it-talba disponibbli għall-pubbliku online mingħajr dewmien żejjed sakemm il-koordinatur tad-data ma jqisx li tali pubblikazzjoni toħloq riskju għas-sigurtà pubblika.
|
|
(h)
|
meta t-talba ssir mill-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni, issir disponibbli online mingħajr dewmien żejjed;
|
|
(i)
|
meta tintalab data personali, tiġi nnotifikata mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità superviżorja iresponsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp tas-settur pubbliku.
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-talbiet tagħhom.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Korp tas-settur pubbliku il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni ma għandhomx jagħmlu d-data miksuba skont dan il-Kapitolu disponibbli għall-użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tar-Regolament (UE) 2022/868 jew l-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva (UE) 2019/1024. Ir-Regolament (UE) 2022/868 u d-Direttiva (UE) 2019/1024 ma għandhomx japplikaw għad-data miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku miksuba skont dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jipprekludix lil korp tas-settur pubbliku,lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni milli jiskambjaw data miksuba skont dan il-Kapitolu ma' korp ieħor tas-settur pubbliku jew mal-Kummissjoni, mal-Bank Ċentrali Ewropew jew ma' korp tal-Unjoni bil-ħsieb li jikkompletaw il-kompiti msemmija fl-Artikolu 15, kif speċifikat fit-talba f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (f), ta' dan l-Artikolu jew li jagħmlu d-data disponibbli għal parti terza meta dan ikun iddelega, permezz ta' ftehim disponibbli għall-pubbliku, spezzjonijiet tekniċi jew funzjonijiet oħra lil dik il-parti terza. L-obbligi fuq il-korpi tas-settur pubbliku skont l-Artikolu 19, b'mod partikolari s-salvagwardji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, għandhom japplikaw ukoll għal dawn il-partijiet terzi. Meta korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jittrażmetti jew jagħmel id-data disponibbli skont dan il-paragrafu, huma għandhom jinnotifikaw lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 17 5
|
5. Meta d-detentur tad-data jqis li d-drittijiet tiegħu skont dan il-Kapitolu jkunu nkisru bit-trażmissjoni jew bit-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, huwa jista' jressaq ilment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.
|
|
Artikolu 17 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mudell għat-talbiet skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|