4. Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jipprekludix lil korp tas-settur pubbliku,lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni milli jiskambjaw data miksuba skont dan il-Kapitolu ma' korp ieħor tas-settur pubbliku jew mal-Kummissjoni, mal-Bank Ċentrali Ewropew jew ma' korp tal-Unjoni bil-ħsieb li jikkompletaw il-kompiti msemmija fl-Artikolu 15, kif speċifikat fit-talba f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (f), ta' dan l-Artikolu jew li jagħmlu d-data disponibbli għal parti terza meta dan ikun iddelega, permezz ta' ftehim disponibbli għall-pubbliku, spezzjonijiet tekniċi jew funzjonijiet oħra lil dik il-parti terza. L-obbligi fuq il-korpi tas-settur pubbliku skont l-Artikolu 19, b'mod partikolari s-salvagwardji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, għandhom japplikaw ukoll għal dawn il-partijiet terzi. Meta korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jittrażmetti jew jagħmel id-data disponibbli skont dan il-paragrafu, huma għandhom jinnotifikaw lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data mingħajr dewmien żejjed.