+Artikolu 22 Assistenza reċiproka u kooperazzjoni transfruntiera
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
|
Artikolu 22 Assistenza reċiproka u kooperazzjoni transfruntiera
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1
|
1. Il-korpi tas-settur pubbliku. il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin, biex jimplimentaw dan il-Kapitolu b'mod konsistenti.
|
|
Artikolu 22 2
|
2. Kwalunkwe data skambjata fil-kuntest ta' assistenza mitluba u pprovduta skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża b'mod li ma jkunx kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet.
|
|
Artikolu 22 3
|
3. Meta korp tas-settur pubbliku jkollu l-intenzjoni li jitlob data mingħand detentur tad-data stabbilit fi Stat Membru ieħor, huwa għandu l-ewwel jinnotifika lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 f’dak l-Istat Membru, b'dik l-intenzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal talbiet mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew u minn korpi tal-Unjoni. It-talba għandha tiġi eżaminata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.
|
|
Artikolu 22 4
|
4. Wara li tkun eżaminat it-talba fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
tittrażmetti t-talba lid-detentur tad-data u, jekk ikun applikabbli, tagħti parir lill-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lill-korp tal-Unjoni dwar il-ħtieġa, jekk ikun hemm, biex jikkooperaw mal-korpi tas-settur pubbliku tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit id-detentur tad-data bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq id-detentur tad-data biex jikkonforma mat-talba;
|
|
(b)
|
tirrifjuta t-talba għal raġunijiet debitament sostanzjati, f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
|
Il-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni għandhom iqisu l-parir u r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti rilevanti skont l-ewwel subparagrafu qabel kwalunkwe azzjoni ulterjuri bħas-sottomisjoni tat-talba, jekk ikun applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|