+Artikolu 44 Atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi dwar l-aċċess u l-użu tad-data
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3

Artikolu 44 Atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi dwar l-aċċess u l-użu tad-data

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1

1.   L-obbligi speċifiċi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' data bejn in-negozji, bejn in-negozji u l-konsumaturi, u fuq bażi eċċezzjonali bejn in-negozji u l-korpi pubbliċi, fl-atti legali tal-Unjoni li daħlu fis-seħħ fi jew qabel il-11 ta’ Jannar 2024, u l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni skonthom, għandhom jibqgħu mhux affettwati.

Artikolu 44 2

2.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li tispeċifika, fid-dawl tal-ħtiġijiet ta' settur, spazju komuni Ewropew tad-data, jew qasam ta' interess pubbliku, rekwiżiti ulterjuri, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a)

l-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data;

(b)

l-limiti fuq id-drittijiet tad-detenturi tad-data li jaċċessaw jew jużaw ċerta data pprovduta mill-utenti;

(c)

aspetti li jmorru lil hinn mill-aċċess u l-użu tad-data.

Artikolu 44 3

3.   Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu V, huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali li tipprevedi l-aċċess għad-data u l-awtorizzazzjoni tal-użu tagħha għal finijiet ta' riċerka xjentifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit