+Artikolu 49 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3
---+Artikolu 49 4
|
Artikolu 49 Evalwazzjoni u rieżami
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1
|
1. Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari:
|
(a)
|
sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsirati bħala sitwazzjonijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali għall-fini tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament fil-prattika, b'mod partikolari l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament minn korpi tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u korpi tal-Unjoni; l-għadd u l-eżitu tal-proċedimenti mressqa quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 18(5) dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, kif irrapportati mill-awtoritajiet kompetenti; l-impatt ta' obbligi oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-finijiet ta' konformità ma' talbiet għal aċċess għal informazzjoni; l-impatt tal-mekkaniżmi volontarji ta' kondiviżjoni tad-data, bħal dawk stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) 2022/868, fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, u r-rwol tad-data personali fil-kuntest tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, inkluż l-evoluzzjoni ta' teknoloġiji li jtejbu l-privatezza;
|
|
(b)
|
l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-użu tad-data fl-ekonomija, inkluż fuq l-innovazzjoni tad-data, il-prattiki ta' monetizzazzjoni tad-data u s-servizzi ta' intermedjazzjoni tad-data, kif ukoll fuq il-kondiviżjoni tad-data fi ħdan l-ispazji komuni Ewropej tad-data;
|
|
(c)
|
l-aċċessibbiltà u l-użu ta' kategoriji u tipi differenti ta' data;
|
|
(d)
|
l-esklużjoni ta' ċerti kategoriji ta' intrapriżi bħala benefiċjarji skont l-Artikolu 5;
|
|
(e)
|
in-nuqqas ta' kwalunkwe impatt fuq id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;
|
|
(f)
|
l-impatt fuq is-sigrieti kummerċjali, inkluż fuq il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom, kif ukoll l-impatt tal-mekkaniżmu li jippermetti lid-detentur tad-data jirrifjuta t-talba tal-utent skont l-Artikolu 4(8) u l-Artikolu 5(11), b’kont meħud, sa fejn ikun possibbli, ta’ kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2016/943;
|
|
(g)
|
jekk il-lista ta' termini kuntrattwali inġusti msemmija fl-Artikolu 13 hijiex aġġornata fid-dawl ta' prattiki kummerċjali ġodda u l-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni tas-suq;
|
|
(h)
|
bidliet fil-prattiki kuntrattwali tal-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u jekk dan jirriżultax f'konformità suffiċjenti mal-Artikolu 25;
|
|
(i)
|
it-tnaqqis fl-imposti, imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-proċess tal-qlib, f'konformità mal-irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib skont l-Artikolu 29;
|
|
(j)
|
l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament ma' atti legali oħra tal-Unjoni ta' rilevanza għall-ekonomija tad-data;
|
|
(k)
|
il-prevenzjoni ta' aċċess governattiv illegali għal data mhux personali;
|
|
(l)
|
l-effikaċja tar-reġim ta' infurzar meħtieġ skont l-Artikolu 37;
|
|
(m)
|
l-impatt tar-regolamentazzjoni fuq l-SMEs fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jinnovaw u tad-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-utenti fl-Unjoni u l-piż tal-konformità mal-obbligi l-ġodda.
|
|
|
Artikolu 49 2
|
2. Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikoli 34 u 35, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipprezzar u d-diversità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fl-Unjoni, b'enfasi speċjali fuq il-fornituri tal-SMEs.
|
|
Artikolu 49 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 49 4
|
4. Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|