+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 2 8.
---+Artikolu 2 9.
---+Artikolu 2 10.
---+Artikolu 2 11.
---+Artikolu 2 12.
---+Artikolu 2 13.
---+Artikolu 2 14.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Din id-Direttiva tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li jikkwalifikaw bħala intrapriżi ta' daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, jew jaqbżu l-limiti massimi għall-intrapriżi ta' daqs medju previsti fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, u li jipprovdu s-servizzi tagħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni.

L-Artikolu 3(4) tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni ma għandux japplika għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2 2.

Irrispettivament mid-daqs tagħhom, din id-Direttiva tapplika wkoll għal entitajiet , ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II, meta:

(a) 

is-servizzi jkunu pprovduti minn:

(i) 

fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku;

(ii) 

fornituri ta' servizzi fiduċjarji;

(iii) 

reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell u fornituri ta' servizzi tas-sistema tal-ismijiet ta' dominji;

(b) 

l-entità tkun l-uniku fornitur fi Stat Membru ta' servizz li jkun essenzjali għall-manutenzjoni ta' attivitajiet soċjetali jew ekonomiċi kritiċi;

(c) 

it-tfixkil tas-servizz ipprovdut mill-entità jista' jkollu impatt sinifikanti fuq is-sikurezza pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika;

(d) 

it-tfixkil tas-servizz ipprovdut mill-entità jista' jwassal għal riskji sistemiċi sinifikanti, b'mod partikolari għas-setturi meta dan it-tfixkil jista' jkollu impatt transfruntier;

(e) 

l-entità tkun kritika minħabba l-importanza speċifika tagħha fil-livell nazzjonali jew reġjonali għas-settur partikolari jew it-tip ta' servizz, jew għal setturi interdipendenti oħra fl-Istat Membru;

(f) 

l-entità tkun entità tal-amministrazzjoni pubblika:

(i) 

tal-gvern ċentrali kif definit minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali; jew

(ii) 

fil-livell reġjonali kif definit minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali li, b'segwitu għal valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, tipprovdi servizzi li t-tfixkil tagħhom jista' jkollu impatt sinifikanti fuq attivitajiet soċjetali jew ekonomiċi kritiċi.

Artikolu 2 3.
Irrispettivament mid-daqs tagħhom, din id-Direttiva tapplika għal entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont id-Direttiva (UE) 2022/2557;
Artikolu 2 4.
Irrispettivament mid-daqs tagħhom, din id-Direttiva tapplika għal entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominju.
Artikolu 2 5.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din id-Direttiva tapplika għal:

(a) 

entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell lokali;

(b) 

istituzzjonijiet edukattivi, b'mod partikolari meta jwettqu attivitajiet ta' riċerka kritiċi.

Artikolu 2 6.
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet Statali essenzjali oħra, fosthom l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.
Artikolu 2 7.
Din id-Direttiva ma tapplikax għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika, id-difiża jew l-infurzar tal-liġi, inklużi l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.
Artikolu 2 8.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw li entitajiet speċifiċi li jwettqu attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika, id-difiża jew l-infurzar tal-liġi, inkluż il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew li jipprovdu servizzi esklużivament lil entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21 jew 23 fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet jew is-servizzi. F'każijiet bħal dawn, il-miżuri superviżorji u ta' infurzar imsemmija fil-Kapitolu VII ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi. Meta l-entitajiet iwettqu attivitajiet jew jipprovdu servizzi esklużivament tat-tip imsemmi f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jeżentaw lil dawk l-entitajiet mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 3 u 27.
Artikolu 2 9.
Il-paragrafi 7 u 8 ma għandhomx japplikaw meta entità taġixxi bħala fornitur ta' servizzi fiduċjarji.
Artikolu 2 10.
Din id-Direttiva ma tapplikax għal entitajiet li l-Istati Membri jkunu eżentaw mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 f'konformità mal-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 2 11.
L-obbligi stipulati f'din id-Direttiva ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.
Artikolu 2 12.
Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, għad-Direttiva 2002/58/KE, għad-Direttivi 2011/93/UE ( 1 ) u 2013/40/UE ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għad-Direttiva (UE) 2022/2557.
Artikolu 2 13.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 tat-TFUE, l-informazzjoni li tkun kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, bħar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma' awtoritajiet rilevanti oħra f'konformità ma' din id-Direttiva biss meta dan l-iskambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li jkun rilevanti u proporzjonat għall-fini ta' dak l-iskambju. L-iskambju tal-informazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni u jipproteġi l-interessi tas-sigurtà u dawk kummerċjali tal-entitajiet ikkonċernati.
Artikolu 2 14.
L-entitajiet, l-awtoritajiet kompetenti, il-punti uniċi ta' kuntatt u s-CSIRTs għandhom jipproċessaw id-data personali sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta' din id-Direttiva u f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, u b'mod partikolari tali pproċessar għandu jiddependi fuq l-Artikolu 6 tiegħu.

L-ipproċessar ta' data personali skont din id-Direttiva minn fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-liġi tal-Unjoni dwar il-privatezza, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit