+Artikolu 3 Entitajiet essenzjali u importanti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.

Artikolu 3 Entitajiet essenzjali u importanti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet segwenti għandhom jitqiesu li huma entitajiet essenzjali:

(a) 

entitajiet ta' tip imsemmi fl-Anness I li jaqbżu l-limiti massimi għall-intrapriżi ta' daqs medju previsti fl-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(b) 

fornituri kwalifikati ta' servizzi fiduċjarji u reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell kif ukoll fornituri ta' servizzi tad-DNS, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

(c) 

fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jikkwalifikaw bħala intrapriżi ta' daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(d) 

l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (f)(i);

(e) 

kwalunkwe entità oħra ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li tkun identifikata minn Stat Membru bħala entità essenzjali skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e);

(f) 

entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, imsemmija fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Direttiva;

(g) 

jekk l-Istat Membru jipprevedi hekk, entitajiet li dak l-Istat Membru jkun identifika qabel is-16 ta’ Jannar 2023 bħala operaturi ta' servizzi essenzjali f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1148 jew mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 3 2.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li ma jikkwalifikawx bħala entitajiet essenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala entitajiet importanti. Dan jinkludi entitajiet identifikati mill-Istati Membri bħala entitajiet importanti skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e).
Artikolu 3 3.
Sas-17 ta’ April 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji. L-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami ta' dik il-lista u, fejn xieraq, jaġġornawha fuq bażi regolari u mill-inqas kull sentejn minn hemm 'il quddiem.
Artikolu 3 4.

Għall-fini li tiġi stabbilita l-lista msemmija f'dak il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jippreżentaw mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

l-isem tal-entità;

(b) 

l-indirizz u dettalji ta' kuntatt aġġornati, inklużi l-indirizzi tal-email, il-firxiet tal-IP u n-numri tat-telefon;

(c) 

meta jkun applikabbli, is-settur u s-sottosettur rilevanti msemmija fl-Anness I jew II; u

(d) 

meta jkun applikabbli, lista tal-Istati Membri fejn jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe bidla fid-dettalji ppreżentati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu mingħajr dewmien, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-bidla.

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), għandha mingħajr dewmien żejjed tipprovdi linji gwida u mudelli rigward l-obbligi stipulati f'dan il-paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi nazzjonali biex l-entitajiet jirreġistraw lilhom infushom.

Artikolu 3 5.

Sas-17 ta’ April 2025 u kull sentejn wara dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw:

(a) 

lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Kooperazzjoni, l-għadd ta' entitajiet essenzjali u importanti elenkati skont il-paragrafu 3 għal kull settur u sottosettur imsemmija fl-Anness I jew II; u

(b) 

lill-Kummissjoni, l-informazzjoni rilevanti dwar l-għadd ta' entitajiet essenzjali u importanti identifikati skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e), is-settur u s-sottosettur imsemmija fl-Anness I jew II li jappartjenu għalihom, it-tip ta' servizz li jipprovdu, u d-dispożizzjoni, minn fost dawk stipulati fl-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e), li skonthom ikunu ġew identifikati.

Artikolu 3 6.
Sas-17 ta’ April 2025 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-entitajiet essenzjali u importanti msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit