|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet segwenti għandhom jitqiesu li huma entitajiet essenzjali:
(a)
entitajiet ta' tip imsemmi fl-Anness I li jaqbżu l-limiti massimi għall-intrapriżi ta' daqs medju previsti fl-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(b)
fornituri kwalifikati ta' servizzi fiduċjarji u reġistri ta' ismijiet ta' dominji tal-ogħla livell kif ukoll fornituri ta' servizzi tad-DNS, irrispettivament mid-daqs tagħhom;
(c)
fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jikkwalifikaw bħala intrapriżi ta' daqs medju skont l-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;
(d)
l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punt (f)(i);
(e)
kwalunkwe entità oħra ta' tip imsemmi fl-Anness I jew II li tkun identifikata minn Stat Membru bħala entità essenzjali skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e);
(f)
entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont id-Direttiva (UE) 2022/2557, imsemmija fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Direttiva;
(g)
jekk l-Istat Membru jipprevedi hekk, entitajiet li dak l-Istat Membru jkun identifika qabel is-16 ta’ Jannar 2023 bħala operaturi ta' servizzi essenzjali f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1148 jew mal-liġi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|