+Artikolu 9 Oqfsa nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 Oqfsa nazzjonali għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-ġestjoni ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira (awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom riżorsi adegwati biex iwettqu, b'mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koerenza mal-oqfsa eżistenti għall-ġestjoni ġenerali ta' kriżijiet nazzjonali.
Artikolu 9 2.
Meta Stat Membru jaħtar jew jistabbilixxi aktar minn awtorità għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi waħda skont il-paragrafu 1, għandu jindika b'mod ċar liema minn dawn l-awtoritajiet għandha sservi bħala l-koordinatur għall-ġestjoni ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira.
Artikolu 9 3.
Kull Stat Membru għandu jidentifika l-kapaċitajiet, l-assi u l-proċeduri li jistgħu jiġu implimentati fil-każ ta' kriżi għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 9 4.

Kull Stat Membru għandu jadotta pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fejn ikunu stabbiliti l-objettivi u l-arranġamenti ta' ġestjoni tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi, b'mod partikolari:

(a) 

l-objettivi tal-miżuri u l-attivitajiet nazzjonali ta' tħejjija;

(b) 

il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi;

(c) 

il-proċeduri għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi, inkluża l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas ta' ġestjoni ġenerali tal-kriżijiet nazzjonali u l-kanali ta' skambju tal-informazzjoni;

(d) 

il-miżuri nazzjonali ta' tħejjija, inklużi l-eżerċizzji u l-attivitajiet ta' taħriġ;

(e) 

il-partijiet interessati pubbliċi u privati u l-infrastruttura involuta;

(f) 

il-proċeduri u l-arranġamenti nazzjonali bejn l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali rilevanti biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-appoġġ effettivi tal-Istat Membru fil-ġestjoni kkoordinata tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 9 5.
Fi żmien tliet xhur mill-ħatra jew l-istabbiliment tal-awtorità għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-identità tal-awtorità tiegħu u kwalunkwe bidla sussegwenti fiha. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lin-Network Ewropew ta' Organizzazzjoni ta' Kollegament f'każ ta' Ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe) informazzjoni rilevanti relatata mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4 dwar il-pjanijiet nazzjonali tagħhom ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni ta' dawk il-pjanijiet. L-Istati Membri jistgħu jeskludu informazzjoni meta u sa fejn tali esklużjoni tkun meħtieġa għas-sigurtà nazzjonali tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit