|
+Artikolu 9 4. |
Artikolu 9 4.Kull Stat Membru għandu jadotta pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fejn ikunu stabbiliti l-objettivi u l-arranġamenti ta' ġestjoni tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi, b'mod partikolari:
(a)
l-objettivi tal-miżuri u l-attivitajiet nazzjonali ta' tħejjija;
(b)
il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi;
(c)
il-proċeduri għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi, inkluża l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas ta' ġestjoni ġenerali tal-kriżijiet nazzjonali u l-kanali ta' skambju tal-informazzjoni;
(d)
il-miżuri nazzjonali ta' tħejjija, inklużi l-eżerċizzji u l-attivitajiet ta' taħriġ;
(e)
il-partijiet interessati pubbliċi u privati u l-infrastruttura involuta;
(f)
il-proċeduri u l-arranġamenti nazzjonali bejn l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali rilevanti biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-appoġġ effettivi tal-Istat Membru fil-ġestjoni kkoordinata tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|