+Artikolu 11 Rekwiżiti, kapaċitajiet tekniċi u kompiti tas-CSIRTs
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
|
Artikolu 11 Rekwiżiti, kapaċitajiet tekniċi u kompiti tas-CSIRTs
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Is-CSIRTs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
is-CSIRTs għandhom jiżguraw livell għoli ta' disponibbiltà tal-kanali ta' komunikazzjoni tagħhom billi jevitaw punti uniċi ta' falliment, u għandu jkollhom diversi mezzi biex jiġu kkuntattjati u biex jikkuntattjaw lil oħrajn f'kull ħin; huma għandhom jispeċifikaw b'mod ċar il-kanali ta' komunikazzjoni u jgħarrfuhom lill-kostitwenza u lis-sħab kooperattivi;
(b)
l-uffiċċji tas-CSIRTs u s-sistemi tal-informazzjoni ta' appoġġ għandhom ikunu f'siti siguri;
(c)
is-CSIRTs għandhom ikunu mgħammrin b'sistema adegwata għall-ġestjoni u t-trażmissjoni tat-talbiet, b'mod partikolari li tiffaċilita trasferimenti effettivi u effiċjenti;
(d)
is-CSIRTs għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-affidabbiltà tal-operazzjonijiet tagħhom;
(e)
is-CSIRTs għandu jkollhom persunal adegwat biex jiżguraw id-disponibbiltà tas-servizzi tagħhom f'kull ħin u għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom ikun imħarreġ kif xieraq;
(f)
Is-CSIRTs għandhom ikunu mgħammra b'sistemi addizzjonali u bi spazju ta' ħidma ta' riżerva biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi tagħhom;
Is-CSIRTs jistgħu jipparteċipaw f'networks ta' kooperazzjoni internazzjonali.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CSIRTs tagħhom, b'mod konġunt, ikollhom il-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-CSIRTs tagħhom jingħataw riżorsi suffiċjenti biex jiżguraw livelli adegwati ta' persunal bil-għan li jippermettu lis-CSIRTs jiżviluppaw il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Is-CSIRTs għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:
(a)
il-monitoraġġ u l-analiżi tat-theddid, tal-vulnerabbiltajiet u tal-inċidenti ċibernetiċi u, fuq talba, l-għoti ta' assistenza lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati fir-rigward tal-monitoraġġ tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom f'ħin reali jew qrib il-ħin reali;
(b)
l-għoti ta' twissijiet bikrija, allerti u avviżi, u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati rilevanti oħra dwar theddid, vulnerabbiltajiet u inċidenti ċibernetiċi, possibbilment qrib il-ħin reali;
(c)
ir-rispons għall-inċidenti u l-għoti ta' assistenza lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati, meta applikabbli;
(d)
il-ġbir u l-analiżi ta' data forensika u l-forniment ta' analiżi dinamika tar-riskji u tal-inċidenti u għarfien tas-sitwazzjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà;
(e)
il-forniment, fuq it-talba ta' entità essenzjali jew importanti, ta' skennjar proattiv tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni tal-entità kkonċernata biex jiġu identifikati vulnerabbiltajiet b'impatt sinifikanti potenzjali;
(f)
il-parteċipazzjoni fin-network tas-CSIRTs u l-għoti ta' assistenza reċiproka skont il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom lil membri oħra tan-network tas-CSIRTs fuq talba tagħhom;
(g)
fejn applikabbli, il-kompitu li jaġixxu bħala koordinatur għall-finijiet tal-proċess ta' divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1);
(h)
il-kontribut għall-implimentazzjoni ta' għodod ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni siguri skont l-Artikolu 10(3).
Is-CSIRTs jistgħu jwettqu skennjar proattiv mhux intrużiv tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ta' entitajiet essenzjali u importanti. Tali skennjar għandu jitwettaq biex jiġu identifikati networks u sistemi ta' informazzjoni vulnerabbli jew b'konfigurazzjoni mhux sigura u jiġu infurmati l-entitajiet ikkonċernati. Tali skennjar ma għandu jkollu l-ebda impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-servizzi tal-entitajiet. Meta jwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CSIRTs jistgħu jagħtu prijorità lil kompiti partikolari abbażi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Is-CSIRTs għandhom jistabbilixxu relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' partijiet interessati rilevanti fis-settur privat, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, is-CSIRTs għandhom jippromwovu l-adozzjoni u l-użu ta' prattiki komuni jew standardizzati, skemi ta' klassifikazzjoni u tassonomiji fir-rigward ta':
(a)
il-proċeduri tat-trattament tal-inċidenti;
(b)
il-ġestjoni tal-kriżijiet; u
(c)
id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|