+Artikolu 11 3.

Artikolu 11 3.

Is-CSIRTs għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:

(a) 

il-monitoraġġ u l-analiżi tat-theddid, tal-vulnerabbiltajiet u tal-inċidenti ċibernetiċi u, fuq talba, l-għoti ta' assistenza lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati fir-rigward tal-monitoraġġ tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni tagħhom f'ħin reali jew qrib il-ħin reali;

(b) 

l-għoti ta' twissijiet bikrija, allerti u avviżi, u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati rilevanti oħra dwar theddid, vulnerabbiltajiet u inċidenti ċibernetiċi, possibbilment qrib il-ħin reali;

(c) 

ir-rispons għall-inċidenti u l-għoti ta' assistenza lill-entitajiet essenzjali u importanti kkonċernati, meta applikabbli;

(d) 

il-ġbir u l-analiżi ta' data forensika u l-forniment ta' analiżi dinamika tar-riskji u tal-inċidenti u għarfien tas-sitwazzjoni fir-rigward taċ-ċibersigurtà;

(e) 

il-forniment, fuq it-talba ta' entità essenzjali jew importanti, ta' skennjar proattiv tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni tal-entità kkonċernata biex jiġu identifikati vulnerabbiltajiet b'impatt sinifikanti potenzjali;

(f) 

il-parteċipazzjoni fin-network tas-CSIRTs u l-għoti ta' assistenza reċiproka skont il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom lil membri oħra tan-network tas-CSIRTs fuq talba tagħhom;

(g) 

fejn applikabbli, il-kompitu li jaġixxu bħala koordinatur għall-finijiet tal-proċess ta' divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1);

(h) 

il-kontribut għall-implimentazzjoni ta' għodod ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni siguri skont l-Artikolu 10(3).

Is-CSIRTs jistgħu jwettqu skennjar proattiv mhux intrużiv tan-network u s-sistemi ta' informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ta' entitajiet essenzjali u importanti. Tali skennjar għandu jitwettaq biex jiġu identifikati networks u sistemi ta' informazzjoni vulnerabbli jew b'konfigurazzjoni mhux sigura u jiġu infurmati l-entitajiet ikkonċernati. Tali skennjar ma għandu jkollu l-ebda impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-servizzi tal-entitajiet.

Meta jwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CSIRTs jistgħu jagħtu prijorità lil kompiti partikolari abbażi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit