+Artikolu 14 Grupp ta' Kooperazzjoni
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.

Artikolu 14 Grupp ta' Kooperazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Sabiex jiġu appoġġati u ffaċilitati l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll biex jissaħħu l-fiduċja u l-kunfidenza, jiġi stabbilit Grupp ta' Kooperazzjoni.
Artikolu 14 2.
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jwettaq il-kompiti tiegħu abbażi tal-programmi ta' ħidma biennali msemmija fil-paragrafu 7.
Artikolu 14 3.
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-ENISA. Is-servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jipparteċipa fl-attivitajiet tal-Grupp ta' Kooperazzjoni bħala osservatur. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2022/2554 jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Grupp ta' Kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament.

Meta jkun xieraq, il-Grupp ta' Kooperazzjoni jista' jistieden lill-Parlament Ewropew u lil rappreżentanti ta' partijiet interessati rilevanti biex jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat.

Artikolu 14 4.

Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) 

li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet, kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (c);

(c) 

li jiskambja l-aqwa prattiki u informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż fir-rigward ta' theddid ċibernetiku, inċidenti, vulnerabbiltajiet, kważi inċidenti, inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ, eżerċizzji u ħiliet, bini tal-kapaċità, standards u speċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll l-identifikazzjoni ta' entitajiet essenzjali u importanti skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e);

(d) 

li jiskambja pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni dwar inizjattivi emerġenti ta' politika taċ-ċibersigurtà u l-konsistenza ġenerali tar-rekwiżiti ta' ċibersigurtà speċifiċi għas-settur;

(e) 

li jiskambja pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni dwar abbozzi ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva;

(f) 

li jiskambja l-aħjar prattiki u informazzjoni ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni;

(g) 

li jiskambja fehmiet dwar l-implimentazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur li fihom dispożizzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà;

(h) 

meta jkun rilevanti, li jiddiskuti r-rapporti tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(9) u jfassal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet;

(i) 

li jwettaq valutazzjonijiet ikkoordinati tar-riskji għas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista kritiċi f'konformità mal-Artikolu 22(1);

(j) 

li jiddiskuti każijiet ta' assistenza reċiproka, inklużi esperjenzi u riżultati minn azzjonijiet superviżorji konġunti transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 37;

(k) 

fuq talba ta' Stat Membru kkonċernat wieħed jew aktar, li jiddiskuti talbiet speċifiċi għal assistenza reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 37;

(l) 

li jagħti gwida strateġika lin-network tas-CSIRTs u lil EU-CyCLONe dwar kwistjonijiet emerġenti speċifiċi;

(m) 

li jiskambja fehmiet dwar il-politika dwar azzjonijiet ta' segwitu wara inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira abbażi tat-tagħlimiet meħuda min-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe;

(n) 

li jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni billi jiffaċilita l-iskambju ta' uffiċjali nazzjonali permezz ta' programm ta' bini tal-kapaċitajiet li jinvolvi persunal mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-CSIRTs;

(o) 

li jorganizza laqgħat konġunti regolari ma' partijiet interessati privati rilevanti minn madwar l-Unjoni biex jiddiskuti l-attivitajiet imwettqa mill-Grupp ta' Kooperazzjoni u jiġbor kontribut dwar l-isfidi ta' politiki emerġenti;

(p) 

li jiddiskuti l-ħidma mwettqa b'rabta mal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, inkluża l-ħidma mwettqa mill-ENISA;

(q) 

li jistabbilixxi l-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(1), kif ukoll li jistabbilixxi l-metodoloġija ta' awtovalutazzjoni għall-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 19(5), bl-għajnuna tal-Kummissjoni u l-ENISA, u, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-ENISA, li jiżviluppa kodiċijiet ta' kondotta li jirfdu l-metodi ta' ħidma tal-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin f'konformità mal-Artikolu 19(6);

(r) 

li jħejji rapporti lill-Kummissjoni għall-fini tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 40 dwar l-esperjenza miksuba f'livell strateġiku u mill-evalwazzjonijiet bejn il-pari;

(s) 

li jiddiskuti u jwettaq fuq bażi regolari valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali ta' theddid jew inċidenti ċibernetiċi, bħal ransomware.

Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (r), lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 14 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp ta' Kooperazzjoni.
Artikolu 14 6.
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni jista' jitlob rapport tekniku min-network tas-CSIRTs, dwar suġġetti magħżula.
Artikolu 14 7.
Sal-1 ta' Frar 2024 u kull sentejn wara dan, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' ħidma fir-rigward ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu implimentati l-objettivi u l-kompiti tiegħu.
Artikolu 14 8.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Il-Kummissjoni għandha tiskambja pariri u tikkoopera mal-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar l-abbozzi tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-paragrafu (4), il-punt (e).

Artikolu 14 9.
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jiltaqa' fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ, mill-inqas darba fis-sena, mal-Grupp ta' Reżiljenza ta' Entitajiet Kritiċi stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2022/2557 biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit