+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 4.

Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) 

li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet, kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (c);

(c) 

li jiskambja l-aqwa prattiki u informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż fir-rigward ta' theddid ċibernetiku, inċidenti, vulnerabbiltajiet, kważi inċidenti, inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ, eżerċizzji u ħiliet, bini tal-kapaċità, standards u speċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll l-identifikazzjoni ta' entitajiet essenzjali u importanti skont l-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (e);

(d) 

li jiskambja pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni dwar inizjattivi emerġenti ta' politika taċ-ċibersigurtà u l-konsistenza ġenerali tar-rekwiżiti ta' ċibersigurtà speċifiċi għas-settur;

(e) 

li jiskambja pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni dwar abbozzi ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva;

(f) 

li jiskambja l-aħjar prattiki u informazzjoni ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni;

(g) 

li jiskambja fehmiet dwar l-implimentazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur li fihom dispożizzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà;

(h) 

meta jkun rilevanti, li jiddiskuti r-rapporti tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(9) u jfassal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet;

(i) 

li jwettaq valutazzjonijiet ikkoordinati tar-riskji għas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista kritiċi f'konformità mal-Artikolu 22(1);

(j) 

li jiddiskuti każijiet ta' assistenza reċiproka, inklużi esperjenzi u riżultati minn azzjonijiet superviżorji konġunti transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 37;

(k) 

fuq talba ta' Stat Membru kkonċernat wieħed jew aktar, li jiddiskuti talbiet speċifiċi għal assistenza reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 37;

(l) 

li jagħti gwida strateġika lin-network tas-CSIRTs u lil EU-CyCLONe dwar kwistjonijiet emerġenti speċifiċi;

(m) 

li jiskambja fehmiet dwar il-politika dwar azzjonijiet ta' segwitu wara inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira abbażi tat-tagħlimiet meħuda min-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe;

(n) 

li jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni billi jiffaċilita l-iskambju ta' uffiċjali nazzjonali permezz ta' programm ta' bini tal-kapaċitajiet li jinvolvi persunal mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-CSIRTs;

(o) 

li jorganizza laqgħat konġunti regolari ma' partijiet interessati privati rilevanti minn madwar l-Unjoni biex jiddiskuti l-attivitajiet imwettqa mill-Grupp ta' Kooperazzjoni u jiġbor kontribut dwar l-isfidi ta' politiki emerġenti;

(p) 

li jiddiskuti l-ħidma mwettqa b'rabta mal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, inkluża l-ħidma mwettqa mill-ENISA;

(q) 

li jistabbilixxi l-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(1), kif ukoll li jistabbilixxi l-metodoloġija ta' awtovalutazzjoni għall-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 19(5), bl-għajnuna tal-Kummissjoni u l-ENISA, u, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-ENISA, li jiżviluppa kodiċijiet ta' kondotta li jirfdu l-metodi ta' ħidma tal-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin f'konformità mal-Artikolu 19(6);

(r) 

li jħejji rapporti lill-Kummissjoni għall-fini tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 40 dwar l-esperjenza miksuba f'livell strateġiku u mill-evalwazzjonijiet bejn il-pari;

(s) 

li jiddiskuti u jwettaq fuq bażi regolari valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali ta' theddid jew inċidenti ċibernetiċi, bħal ransomware.

Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (r), lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit