+Artikolu 15 Network tas-CSIRTs
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Network tas-CSIRTs
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kunfidenza u tal-fiduċja u biex jippromwovi kooperazzjoni operazzjonali rapida u effettiva fost l-Istati Membri, qed jiġi stabbilit network tas-CSIRTs nazzjonali.
|
|
Artikolu 15 2.
|
In-network tas-CSIRTs għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tas-CSIRTs maħturin jew stabbiliti skont l-Artikolu 10 u l-iskwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE). Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fin-network tas-CSIRTs bħala osservatur. L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat u għandha tipprovdi b'mod attiv assistenza għall-kooperazzjoni fost is-CSIRTs.
|
|
Artikolu 15 3.
|
In-network tas-CSIRTs għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)
li jiskambja tal-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tas-CSIRTs;
(b)
li jiffaċilita l-kondiviżjoni, it-trasferiment u l-iskambju tat-teknoloġiji u l-miżuri, il-politiki, l-għodda, il-proċessi, l-aħjar prattiki u l-oqfsa rilevanti fost is-CSIRTs;
(c)
li jiskambja informazzjoni rilevanti dwar inċidenti, kważi inċidenti, theddid ċibernetiku, riskji u vulnerabbiltajiet;
(d)
li jiskambja informazzjoni fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà;
(e)
li jiżgura l-interoperabbiltà fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u l-protokolli marbuta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
(f)
fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs potenzjalment affettwat minn inċident, li jiskambja u jiddiskuti informazzjoni fir-rigward ta' dak l-inċident u t-theddid ċibernetiku, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet assoċjati;
(g)
fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs, li jiddiskuti u, meta jkun possibbli, jimplimenta rispons ikkoordinat għal inċident li jkun ġie identifikat fil-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru;
(h)
li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' inċidenti transfruntieri skont din id-Direttiva;
(i)
li jikkoopera, jiskambja l-aħjar prattiki u jipprovdi assistenza lis-CSIRTs maħturin bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq entitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed;
(j)
li jiddiskuti u jidentifika aktar forom ta' kooperazzjoni operazzjonali, inkluż fir-rigward ta':
(i)
kategoriji ta' theddid u inċidenti ċibernetiċi;
(iv)
prinċipji u arranġamenti għall-koordinazzjoni, bħala rispons għal riskji u inċidenti transfruntieri;
(v)
kontribut għall-pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira msemmi fl-Artikolu 9(4) fuq it-talba ta' Stat Membru;
(k)
li jinforma lill-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar forom ulterjuri ta' kooperazzjoni operazzjonali diskussi skont il-punt (j), u, meta jkun meħtieġ, jitlob gwida f'dak ir-rigward;
(l)
li jagħti rendikont tal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, inklużi dawk organizzati mill-ENISA;
(m)
fuq talba minn CSIRT individwali, li jiddiskuti l-kapaċitajiet u t-tħejjija ta' dik is-CSIRT;
(n)
li jikkoopera u jiskambja informazzjoni maċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (SOCs) fil-livell reġjonali u dak tal-Unjoni sabiex itejjeb l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku madwar l-Unjoni;
(o)
meta jkun rilevanti, li jiddiskuti r-rapporti tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(9);
(p)
li jipprovdi linji gwida sabiex jiffaċilita l-konverġenza ta' prattiki operazzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu li jikkonċernaw il-kooperazzjoni operazzjonali.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Sas-17 ta’ Jannar 2025, u kull sentejn wara dan, in-network tas-CSIRTs għandu, għall-fini tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 40, jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali u jadotta rapport. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, ifassal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19, li jitwettqu fir-rigward tas-CSIRTs nazzjonali. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Kooperazzjoni.
|
|
Artikolu 15 5.
|
In-network tas-CSIRTs għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.
|
|
Artikolu 15 6.
|
In-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe għandhom jaqblu dwar arranġamenti proċedurali u jikkooperaw abbażi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|