+Artikolu 15 3.

Artikolu 15 3.

In-network tas-CSIRTs għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jiskambja tal-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tas-CSIRTs;

(b) 

li jiffaċilita l-kondiviżjoni, it-trasferiment u l-iskambju tat-teknoloġiji u l-miżuri, il-politiki, l-għodda, il-proċessi, l-aħjar prattiki u l-oqfsa rilevanti fost is-CSIRTs;

(c) 

li jiskambja informazzjoni rilevanti dwar inċidenti, kważi inċidenti, theddid ċibernetiku, riskji u vulnerabbiltajiet;

(d) 

li jiskambja informazzjoni fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà;

(e) 

li jiżgura l-interoperabbiltà fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u l-protokolli marbuta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(f) 

fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs potenzjalment affettwat minn inċident, li jiskambja u jiddiskuti informazzjoni fir-rigward ta' dak l-inċident u t-theddid ċibernetiku, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet assoċjati;

(g) 

fuq talba ta' membru tan-network tas-CSIRTs, li jiddiskuti u, meta jkun possibbli, jimplimenta rispons ikkoordinat għal inċident li jkun ġie identifikat fil-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(h) 

li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' inċidenti transfruntieri skont din id-Direttiva;

(i) 

li jikkoopera, jiskambja l-aħjar prattiki u jipprovdi assistenza lis-CSIRTs maħturin bħala koordinaturi skont l-Artikolu 12(1) fir-rigward tal-ġestjoni tal-iżvelar ikkoordinat tal-vulnerabbiltajiet li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq entitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed;

(j) 

li jiddiskuti u jidentifika aktar forom ta' kooperazzjoni operazzjonali, inkluż fir-rigward ta':

(i) 

kategoriji ta' theddid u inċidenti ċibernetiċi;

(ii) 

twissijiet bikrija;

(iii) 

assistenza reċiproka;

(iv) 

prinċipji u arranġamenti għall-koordinazzjoni, bħala rispons għal riskji u inċidenti transfruntieri;

(v) 

kontribut għall-pjan nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira msemmi fl-Artikolu 9(4) fuq it-talba ta' Stat Membru;

(k) 

li jinforma lill-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar forom ulterjuri ta' kooperazzjoni operazzjonali diskussi skont il-punt (j), u, meta jkun meħtieġ, jitlob gwida f'dak ir-rigward;

(l) 

li jagħti rendikont tal-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, inklużi dawk organizzati mill-ENISA;

(m) 

fuq talba minn CSIRT individwali, li jiddiskuti l-kapaċitajiet u t-tħejjija ta' dik is-CSIRT;

(n) 

li jikkoopera u jiskambja informazzjoni maċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (SOCs) fil-livell reġjonali u dak tal-Unjoni sabiex itejjeb l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku madwar l-Unjoni;

(o) 

meta jkun rilevanti, li jiddiskuti r-rapporti tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19(9);

(p) 

li jipprovdi linji gwida sabiex jiffaċilita l-konverġenza ta' prattiki operazzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu li jikkonċernaw il-kooperazzjoni operazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit