+Artikolu 26 Ġurisdizzjoni u territorjalità
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
|
Artikolu 26 Ġurisdizzjoni u territorjalità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, ħlief fil-każ ta':
(a)
fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih jipprovdu s-servizzi tagħhom;
(b)
il-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominji, il-fornituri ta' servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta' servizzi ta' ċentri tad-data, il-fornituri ta' networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri ta' servizzi ġestiti, il-fornituri ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri ta' swieq online, ta' magni tat-tiftix online, jew ta' pjattaformi ta' servizzi ta' networking soċjali, li għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn għandhom l-istabbiliment prinċipali tagħhom fl-Unjoni skont il-paragrafu 2;
(c)
entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li stabbilihom.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha titqies li għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha fl-Unjoni, fl-Istat Membru fejn jittieħdu l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista' jiġi ddeterminat jew jekk tali deċiżjonijiet ma jittiħdux fl-Unjoni, l-istabbiliment ewlieni għandu jitqies li jkun fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet taċ-ċibersigurtà. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, l-istabbiliment ewlieni għandu jitqies li jkun fl-Istat Membru fejn l-entita kkonċernata jkollha l-istabbiliment bl-akbar numru ta' impjegati fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Jekk entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, iżda toffri servizzi fl-Unjoni, din għandha taħtar rappreżentant fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f'wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn huma offruti s-servizzi. Tali entità għandha titqies li taqa' fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant. Fin-nuqqas ta' rappreżentant fl-Unjoni maħtur skont dan il-paragrafu, kwalunkwe Stat Membru fejn l-entità tipprovdi s-servizzi jista' jieħu azzjonijiet legali kontriha għall-ksur ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Il-ħatra ta' rappreżentant minn entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra l-entità nnifisha.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-Istati Membri li jkunu rċevew talba għal assistenza reċiproka fir-rigward ta' entità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jistgħu, fil-limiti ta' dik it-talba, jieħdu miżuri superviżorji u ta' infurzar xierqa fir-rigward tal-entità kkonċernata li tipprovdi servizzi jew li għandha network u sistema tal-informazzjoni fit-territorju tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|