|
+Artikolu 26 1. |
Artikolu 26 1.L-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, ħlief fil-każ ta':
(a)
fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika jew fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih jipprovdu s-servizzi tagħhom;
(b)
il-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominji, il-fornituri ta' servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta' servizzi ta' ċentri tad-data, il-fornituri ta' networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri ta' servizzi ġestiti, il-fornituri ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri ta' swieq online, ta' magni tat-tiftix online, jew ta' pjattaformi ta' servizzi ta' networking soċjali, li għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn għandhom l-istabbiliment prinċipali tagħhom fl-Unjoni skont il-paragrafu 2;
(c)
entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, li għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li stabbilihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|