+Artikolu 27 Reġistru tal-entitajiet
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.

Artikolu 27 Reġistru tal-entitajiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-ENISA għandha toħloq u żżomm reġistru tal-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji, il-fornituri ta' servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta' servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri ta' networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri ta' servizzi ġestiti, il-fornituri ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri tas-swieq online, ta' magni tat-tiftix online u ta' pjattaformi ta' servizzi tan-networking soċjali, abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-punti uniċi ta' kuntatt f'konformità mal-paragrafu 4. Fuq talba, l-ENISA għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess għal dak ir-reġistru, filwaqt li tiżgura li l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni hija protetta fejn applikabbli.
Artikolu 27 2.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti sas-17 ta’ Jannar 2025:

(a) 

isem l-entità;

(b) 

is-settur, is-sottosettur u t-tip tal-entità rilevanti imsemmija fl-Anness I jew II, fejn applikabbli;

(c) 

l-indirizz tal-istabbiliment ewlieni tal-entità u tal-istabbilimenti legali l-oħra tagħha fl-Unjoni jew, jekk mhux stabbiliti fl-Unjoni, tar-rappreżentant tagħha maħtur skont l-Artikolu 26(3);

(d) 

dettalji ta' kuntatt aġġornati, inklużi l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tal-entità u, meta applikabbli, tar-rappreżentant tagħha maħtur skont l-Artikolu 26(3);

(e) 

l-Istati Membri fejn l-entità tipprovdi s-servizzi; u

(f) 

il-firxiet tal-IP tal-entità.

Artikolu 27 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar kull bidla fl-informazzjoni li ppreżentaw skont il-paragrafu 2 mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mid-data tal-bidla.
Artikolu 27 4.
Mal-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, ħlief għal dik imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (f), il-punt uniku ta' kuntatt tal-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien żejjed, jgħaddiha lill-ENISA.
Artikolu 27 5.
Meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata permezz tal-mekkaniżmu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(4), ir-raba' subparagrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit