|
+Artikolu 27 2. |
Artikolu 27 2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti sas-17 ta’ Jannar 2025:
(a)
isem l-entità;
(b)
is-settur, is-sottosettur u t-tip tal-entità rilevanti imsemmija fl-Anness I jew II, fejn applikabbli;
(c)
l-indirizz tal-istabbiliment ewlieni tal-entità u tal-istabbilimenti legali l-oħra tagħha fl-Unjoni jew, jekk mhux stabbiliti fl-Unjoni, tar-rappreżentant tagħha maħtur skont l-Artikolu 26(3);
(d)
dettalji ta' kuntatt aġġornati, inklużi l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tal-entità u, meta applikabbli, tar-rappreżentant tagħha maħtur skont l-Artikolu 26(3);
(e)
l-Istati Membri fejn l-entità tipprovdi s-servizzi; u
(f)
il-firxiet tal-IP tal-entità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|