+Artikolu 29 Arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29 Arranġamenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, meta rilevanti, entitajiet oħra li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiskambjaw bejniethom fuq bażi volontarjal-informazzjoni rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà, inkluża l-informazzjoni relatata ma' theddid ċibernetiku, kważi inċidenti, vulnerabbiltajiet, tekniki u proċeduri, indikaturi ta' kompromess, tattiċi avversarjali, informazzjoni speċifika dwar l-awtur ta' theddida, twissijiet taċ-ċibersigurtà u rakkomandazzjonijiet rigward il-konfigurazzjoni tal-għodod taċ-ċibersigurtà biex jiġu detetti ċ-ċiberattakki, meta din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni:
(a)
ikollha l-għan li tipprevjeni, tiddetetta, tirrispondi għal jew tirkupra mill-inċidenti jew timmitiga l-impatt tagħhom;
(b)
ittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari billi tgħarraf dwar it-theddid ċibernetiku, tillimita jew timpedixxi l-propensità li dan it-theddid jinfirex, tappoġġa firxa ta' kapaċitajiet difensivi, rimedju u divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, tekniki ta' detezzjoni, konteniment u prevenzjoni tat-theddid, strateġiji ta' mitigazzjoni, jew stadji ta' rispons u rkupru jew tippromwovi r-riċerka kollaborattiva dwar it-theddid ċibernetiku bejn l-entitajiet pubbliċi u privati.
|
|
Artikolu 29 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambju tal-informazzjoni jsir fi ħdan komunitajiet ta' entitajiet essenzjali u importanti, u fejn rilevanti, il-fornituri jew il-fornituri tas-servizzi tagħhom. Dan l-iskambju għandu jiġi implimentat b'arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fir-rigward tan-natura potenzjalment sensittiva tal-informazzjoni kondiviża.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Tali arranġamenti jistgħu jispeċifikaw l-elementi operazzjonali, inkluż l-użu ta' pjattaformi u għodod ta' awtomatizzazzjoni tal-ICT iddedikati, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Huma u jistabbilixxu d-dettalji tal-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi f'dawn l-arranġamenti, l-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet dwar l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-CSIRTs. L-Istati Membri għandhom joffru assistenza għall-applikazzjoni ta' dawn l-arranġamenti f'konformità mal-politiki tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(2), il-punt (h).
|
|
Artikolu 29 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet essenzjali u importanti jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fl-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 2, malli jidħlu f'dawn l-arranġamenti, jew, kif applikabbli, bl-irtirar tagħhom minn dawn l-arranġamenti, malli jidħol fis-seħħ l-irtirar.
|
|
Artikolu 29 5.
|
L-ENISA għandha tipprovdi assistenza għall-istabbiliment tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 2 billi tiskambja l-aħjar prattiki u tipprovdi gwida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|