|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, meta rilevanti, entitajiet oħra li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiskambjaw bejniethom fuq bażi volontarjal-informazzjoni rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà, inkluża l-informazzjoni relatata ma' theddid ċibernetiku, kważi inċidenti, vulnerabbiltajiet, tekniki u proċeduri, indikaturi ta' kompromess, tattiċi avversarjali, informazzjoni speċifika dwar l-awtur ta' theddida, twissijiet taċ-ċibersigurtà u rakkomandazzjonijiet rigward il-konfigurazzjoni tal-għodod taċ-ċibersigurtà biex jiġu detetti ċ-ċiberattakki, meta din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni:
(a)
ikollha l-għan li tipprevjeni, tiddetetta, tirrispondi għal jew tirkupra mill-inċidenti jew timmitiga l-impatt tagħhom;
(b)
ittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari billi tgħarraf dwar it-theddid ċibernetiku, tillimita jew timpedixxi l-propensità li dan it-theddid jinfirex, tappoġġa firxa ta' kapaċitajiet difensivi, rimedju u divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, tekniki ta' detezzjoni, konteniment u prevenzjoni tat-theddid, strateġiji ta' mitigazzjoni, jew stadji ta' rispons u rkupru jew tippromwovi r-riċerka kollaborattiva dwar it-theddid ċibernetiku bejn l-entitajiet pubbliċi u privati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|