+Artikolu 35 Ksur li jinvolvi ksur ta' data personali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
|
Artikolu 35 Ksur li jinvolvi ksur ta' data personali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jsiru jafu, matul is-superviżjoni jew l-infurzar, li l-ksur minn entità essenzjali jew importanti tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 21 u 23 ta' din id-Direttiva jista' jinvolvi ksur ta' data personali, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2016/679 li għandu jiġi nnotifikat skont l-Artikolu 33 ta' dak ir-Regolament, huma għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinformaw lill-awtoritajiet superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 55 jew 56 ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Meta l-awtoritajiet superviżorji kif imsemmija fl-Artikolu 55 jew 56 tar-Regolament (UE) 2016/679 jimponu multa amministrattiva skont l-Artikolu 58(2), il-punt (i), ta' dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu multa amministrattiva skont l-Artikolu 34 ta' din id-Direttiva għal ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jirriżulta mill-istess imġiba bħal dik li kienet is-suġġett tal-multa amministrattiva skont l-Artikolu 58(2), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2016/679. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jimponu l-miżuri ta' infurzar previsti fl-Artikolu 32(4), il-punti (a) sa (h), fl-Artikolu 32(5) u fl-Artikolu 33(4), il-punti (a) sa (g), ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Meta l-awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità superviżorja stabbilita fl-Istat Membru tagħha stess tal-ksur potenzjali tad-data msemmi fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|